Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Il-Ktieb tal-Ġenesi

Kapitli

Punti mill-Ktieb

  • 1

    • Il-ħolqien tas-sema u l-art (1, 2)

    • Sitt ijiem biex tiġi ppreparata l-art (3-31)

      • L-ewwel jum: dawl; jum u lejl (3-5)

      • It-tieni jum: spazju vojt (6-8)

      • It-tielet jum: art niexfa u ħaxix (9-13)

      • Ir-rabaʼ jum: xemx, qamar, u stilel fis-sema (14-19)

      • Il-ħames jum: ħut u għasafar (20-23)

      • Is-sitt jum: annimali tal-art u bnedmin (24-31)

  • 2

    • Alla jistrieħ fis-sebaʼ jum (1-3)

    • Alla Ġeħova, il-Ħallieq tas-sema u l-art (4)

    • Raġel u mara fil-ġnien tal-Għeden (5-25)

      • Raġel maħluq mit-trab (7)

      • Is-siġra pprojbita tal-għarfien (15-17)

      • Tinħalaq il-mara (18-25)

  • 3

    • Kif daħal id-dnub tal-bnedmin (1-13)

      • L-ewwel gidba (4, 5)

    • Il-ġudizzju taʼ Ġeħova fuq ir-ribelli (14-24)

      • Jitbassar id-dixxendent tal-mara (15)

      • It-tkeċċija mill-Għeden (23, 24)

  • 4

    • Kajjin u Abel (1-16)

    • Id-dixxendenti taʼ Kajjin (17-24)

    • Set u ibnu Enos (25, 26)

  • 5

    • Minn Adam sa Noè (1-32)

      • Adam kellu subien u bniet (4)

      • Enok mexa m’Alla (21-24)

  • 6

    • It-tfal t’Alla jieħdu nisa għalihom fuq l-art (1-3)

    • Jitwieldu n-Nefilim (4)

    • Il-ħażen tal-bnedmin isewwed qalb Ġeħova (5-8)

    • Noè jingħata l-inkarigu biex jibni arka (9-16)

    • Alla jħabbar li kien ġej id-Dulluvju (17-22)

  • 7

    • Jidħlu fl-arka (1-10)

    • Id-Dulluvju mal-art kollha (11-24)

  • 8

    • L-ilmijiet tad-Dulluvju jonqsu (1-14)

      • Tintbagħat ħamiema (8-12)

    • Joħorġu mill-arka (15-19)

    • Il-wegħda t’Alla għall-art (20-22)

  • 9

    • Istruzzjonijiet għall-bnedmin kollha (1-7)

      • Liġi dwar id-demm (4-6)

    • Il-patt tal-qawsalla (8-17)

    • Profeziji dwar id-dixxendenti taʼ Noè (18-29)

  • 10

    • Lista tal-ġnus (1-32)

      • Dixxendenti taʼ Ġafet (2-5)

      • Dixxendenti taʼ Ħam (6-20)

        • Nimrod jiħodha kontra Ġeħova (8-12)

      • Dixxendenti taʼ Sem (21-31)

  • 11

    • It-torri taʼ Babel (1-4)

    • Ġeħova jħawwad il-lingwa (5-9)

    • Minn Sem sa Abram (10-32)

      • Il-familja taʼ Teraħ (27)

      • Abram jitlaq minn Ur (31)

  • 12

    • Abram jitlaq minn Ħaran u jmur Kangħan (1-9)

      • Il-wegħda t’Alla lil Abram (7)

    • Abram u Saraj fl-Eġittu (10-20)

  • 13

    • Abram jerġaʼ lura Kangħan (1-4)

    • Abram u Lot jinfirdu (5-13)

    • Tiġi rripetuta l-wegħda t’Alla lil Abram (14-18)

  • 14

    • Abram isalva lil Lot (1-16)

    • Melkisedek ibierek lil Abram (17-24)

  • 15

    • Il-patt t’Alla m’Abram (1-21)

      • Imbassra l-400 sena taʼ moħqrija (13)

      • Tiġi rripetuta l-wegħda t’Alla lil Abram (18-21)

  • 16

    • Ħagar u Ismagħel (1-16)

  • 17

    • Abraham se jsir missier taʼ ħafna ġnus (1-8)

      • Isem Abram jiġi mibdul għal Abraham (5)

    • Il-patt taċ-ċirkonċiżjoni (9-14)

    • Isem Saraj jiġi mibdul għal Sara (15-17)

    • Jiġi mwiegħed Iżakk bħala iben (18-27)

  • 18

    • Tliet anġli jżuru lil Abraham (1-8)

    • Jiġi mwiegħed iben lil Sara; hi tidħaq (9-15)

    • Abraham jitlob bil-ħniena għal Sodoma (16-33)

  • 19

    • Żewġ anġli jżuru lil Lot (1-11)

    • Lot u familtu jiġu mħeġġin jitilqu (12-22)

    • Sodoma u Gomorra jinqerdu (23-29)

      • Il-mara taʼ Lot issir statwa tal-melħ (26)

    • Lot u l-bniet tiegħu (30-38)

      • Jitwieldu Mowab u Għammon (37, 38)

  • 20

    • Abimelek jagħti lura lil Sara (1-18)

  • 21

    • Jitwieled Iżakk (1-7)

    • Ismagħel iwaqqaʼ għaċ-ċajt lil Iżakk (8, 9)

    • Jitkeċċew Ħagar u Ismagħel (10-21)

    • Il-patt t’Abraham m’Abimelek (22-34)

  • 22

    • Abraham jintqallu biex joffri lil Iżakk (1-19)

      • Barka permezz tad-dixxendenti t’Abraham (15-18)

    • Il-familja taʼ Rebekka (20-24)

  • 23

    • Il-mewt taʼ Sara u l-post tad-dfin tagħha (1-20)

  • 24

    • Qaddej ifittex mara għal Iżakk (1-58)

    • Rebekka tmur tiltaqaʼ m’Iżakk (59-67)

  • 25

    • Abraham jerġaʼ jiżżewweġ (1-6)

    • Il-mewt t’Abraham (7-11)

    • It-tfal t’Ismagħel (12-18)

    • Jitwieldu Ġakobb u Għesaw (19-26)

    • Għesaw ibigħ id-dritt tiegħu bħala l-ewwel imwieled (27-34)

  • 26

    • Iżakk u Rebekka f’Gerar (1-11)

      • Alla jikkonferma l-wegħda tiegħu lil Iżakk (3-5)

    • Jargumentaw fuq il-bjar (12-25)

    • Il-patt t’Iżakk m’Abimelek (26-33)

    • Iż-żewġ nisa Ħittin t’Għesaw (34, 35)

  • 27

    • Ġakobb jieħu l-barka mingħand Iżakk (1-29)

    • Għesaw irid ikun imbierek imma ma jindimx (30-40)

    • Il-mibegħda kbira t’Għesaw għal Ġakobb (41-46)

  • 28

    • Iżakk jibgħat lil Ġakobb il-Fiddien-aram (1-9)

    • Il-ħolma taʼ Ġakobb f’Betel (10-22)

      • Alla jikkonferma l-wegħda tiegħu lil Ġakobb (13-15)

  • 29

    • Ġakobb jiltaqaʼ maʼ Rakele (1-14)

    • Ġakobb isir iħobb lil Rakele (15-20)

    • Ġakobb jiżżewweġ lil Lea u lil Rakele (21-29)

    • L-erbaʼ subien taʼ Ġakobb minn Lea: Ruben, Simegħon, Levi, u Ġuda (30-35)

  • 30

    • Bilħa twelled lil Dan u Naftali (1-8)

    • Żilfa twelled lil Gad u Aser (9-13)

    • Lea twelled lil Isakkar u Żebulun (14-21)

    • Rakele twelled lil Ġużeppi (22-24)

    • Jiżdiedu l-imrieħel taʼ Ġakobb (25-43)

  • 31

    • Ġakobb jitlaq bil-moħbi lejn Kangħan (1-18)

    • Laban jilħaq lil Ġakobb (19-35)

    • Il-patt taʼ Ġakobb maʼ Laban (36-55)

  • 32

    • L-anġli jiltaqgħu maʼ Ġakobb (1, 2)

    • Ġakobb jipprepara biex jiltaqaʼ m’Għesaw (3-23)

    • Ġakobb jissara m’anġlu (24-32)

      • Isem Ġakobb jiġi mibdul għal Iżrael (28)

  • 33

    • Ġakobb jiltaqaʼ m’Għesaw (1-16)

    • Ġakobb jivvjaġġa lejn Sikem (17-20)

  • 34

    • Dina stuprata (1-12)

    • It-tfal taʼ Ġakobb jaġixxu b’qerq (13-31)

  • 35

    • Ġakobb ineħħi l-allat barranin (1-4)

    • Ġakobb jerġaʼ lura Betel (5-15)

    • Jitwieled Benjamin; tmut Rakele (16-20)

    • It-12-il tifel t’Iżrael (21-26)

    • Imut Iżakk (27-29)

  • 36

    • Id-dixxendenti t’Għesaw (1-30)

    • Ir-rejiet u l-kapijiet t’Edom (31-43)

  • 37

    • Il-ħolm taʼ Ġużeppi (1-11)

    • Ġużeppi u ħutu l-għajjurin (12-24)

    • Ġużeppi mibjugħ bħala lsir (25-36)

  • 38

    • Ġuda u Tamar (1-30)

  • 39

    • Ġużeppi fid-dar taʼ Potifar (1-6)

    • Ġużeppi ma jċedix għall-mara taʼ Potifar (7-20)

    • Ġużeppi fil-ħabs (21-23)

  • 40

    • Ġużeppi jfisser il-ħolm tal-priġunieri (1-19)

      • “Alla biss jistaʼ jispjega l-ħolm” (8)

    • Festa t’għeluq snin il-Fargħun (20-23)

  • 41

    • Ġużeppi jfisser il-ħolm tal-Fargħun (1-36)

    • Ġużeppi mfaħħar mill-Fargħun (37-46a)

    • Ġużeppi jieħu ħsieb l-ikel (46b-57)

  • 42

    • Ħut Ġużeppi jmorru l-Eġittu (1-4)

    • Ġużeppi jiltaqaʼ maʼ ħutu u jittestjahom (5-25)

    • L-aħwa jmorru lura d-dar għand Ġakobb (26-38)

  • 43

    • It-tieni vjaġġ taʼ ħut Ġużeppi lejn l-Eġittu maʼ Benjamin (1-14)

    • Ġużeppi jerġaʼ jiltaqaʼ maʼ ħutu (15-23)

    • Ġużeppi jiekol maʼ ħutu (24-34)

  • 44

    • It-tazza tal-fidda taʼ Ġużeppi fl-ixkora taʼ Benjamin (1-17)

    • Ġuda jitlob bil-ħniena lil Ġużeppi għal Benjamin (18-34)

  • 45

    • Ġużeppi juri min hu (1-15)

    • Ħut Ġużeppi jmorru lura għal Ġakobb (16-28)

  • 46

    • Ġakobb u n-nies taʼ daru jmorru jgħixu l-Eġittu (1-7)

    • L-ismijiet taʼ dawk li jmorru jgħixu l-Eġittu (8-27)

    • Ġużeppi jiltaqaʼ maʼ Ġakobb f’Gosen (28-34)

  • 47

    • Ġakobb jiltaqaʼ mal-Fargħun (1-12)

    • Ġużeppi jieħu ħsieb l-affarijiet b’għaqal (13-26)

    • Iżrael jissetilja f’Gosen (27-31)

  • 48

    • Ġakobb ibierek iż-żewġ subien taʼ Ġużeppi (1-12)

    • Efrajm jingħata barka ikbar (13-22)

  • 49

    • Il-profezija taʼ Ġakobb fuq is-sodda tal-mewt (1-28)

      • Silo se jiġi minn Ġuda (10)

    • Ġakobb jagħti istruzzjonijiet dwar kif jindifen (29-32)

    • Imut Ġakobb (33)

  • 50

    • Ġużeppi jidfen lil Ġakobb f’Kangħan (1-14)

    • Ġużeppi jikkonferma li ħafer lil ħutu (15-21)

    • L-aħħar jiem taʼ Ġużeppi u l-mewt tiegħu (22-26)

      • Il-kmand taʼ Ġużeppi dwar l-għadam tiegħu (25)