Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Il-Ktieb taʼ Ġob

Kapitli

Punti mill-Ktieb

  • 1

    • Il-lealtà u l-ġid taʼ Ġob (1-5)

    • Satana jqajjem id-dubji dwar il-mottivi taʼ Ġob (6-12)

    • Ġob jitlef l-affarijiet li kellu u t-tfal tiegħu (13-19)

    • Ġob ma jwaħħalx f’Alla (20-22)

  • 2

    • Satana jerġaʼ jqajjem id-dubji dwar il-mottivi taʼ Ġob (1-5)

    • Satana jitħalla jeffettwa s-saħħa taʼ Ġob (6-8)

    • Il-mara taʼ Ġob: “Isħet lil Alla u mut!” (9, 10)

    • Jaslu t-tlett iħbieb taʼ Ġob (11-13)

  • 3

    • Ġob igerger dwar il-ġurnata li twieled (1-26)

      • Jistaqsi għala qed ibati (20, 21)

  • 4

    • L-ewwel darba li jitkellem Elifaż (1-21)

      • Iwaqqaʼ għaċ-ċajt il-lealtà taʼ Ġob (7, 8)

      • Jgħid x’qallu spirtu (12-17)

      • ‘Alla lanqas biss jafda l-qaddejja tiegħu’ (18)

  • 5

    • Elifaż ikompli jitkellem (1-27)

      • ‘Alla jwaqqaʼ lill-għorrief fin-nases tagħhom stess’ (13)

      • ‘Ġob m’għandux jirrifjuta d-dixxiplina t’Alla’ (17)

  • 6

    • It-tweġiba taʼ Ġob (1-30)

      • Jgħid li għandu raġun igerger (2-6)

      • Il-ħbieb tiegħu huma qarrieqa (15-18)

      • “Il-verità ma tweġġax!” (25)

  • 7

    • Ġob ikompli jwieġeb (1-21)

      • Il-ħajja hi bħal xogħol taʼ bilfors (1, 2)

      • “Għala moħħok fija?” (20)

  • 8

    • L-ewwel darba li jitkellem Bildad (1-22)

      • Jagħti x’jifhem li t-tfal taʼ Ġob dinbu (4)

      • ‘Jekk int ġust, Alla jipproteġik’ (6)

      • Jagħti x’jifhem li Ġob irribella kontra Alla (13)

  • 9

    • It-tweġiba taʼ Ġob (1-35)

      • Il-bniedem ma jistax iħaqqaqha m’Alla (2-4)

      • ‘Alla jagħmel affarijiet li ħadd ma jistaʼ jifhimhom’ (10)

      • Ħadd ma jistaʼ jargumenta m’Alla (32)

  • 10

    • Ġob ikompli jwieġeb (1-22)

      • ‘Alla għala qed jiħodha kontrija?’ (2)

      • Alla jiġi mqabbel maʼ Ġob (4-12)

      • ‘Jalla nkun nistaʼ nieħu r-ruħ’ (20)

  • 11

    • L-ewwel darba li jitkellem Sofar (1-20)

      • Jakkuża lil Ġob li qed iparla fil-vojt (2, 3)

      • Jgħid lil Ġob biex ma jibqax jagħmel il-ħażen (14)

  • 12

    • It-tweġiba taʼ Ġob (1-25)

      • “M’għandi xejn inqas minnkom” (3)

      • “Sħabi jgħaddu ż-żmien bija” (4)

      • “Alla hu għaref” (13)

      • Alla hu fuq l-imħallfin u r-rejiet (17, 18)

  • 13

    • Ġob ikompli jwieġeb (1-28)

      • ‘Nippreferi nitkellem m’Alla’ (3)

      • “Intom bħal tobba li ma tiswew għal xejn” (4)

      • “Naf li għandi raġun” (18)

      • Jistaqsi għala Alla jqisu bħala għadu (24)

  • 14

    • Ġob ikompli jwieġeb (1-22)

      • “Il-ħajja taʼ bniedem hi qasira u kollha inkwiet” (1)

      • “Anki siġra għandha tama” (7)

      • “Mhux li kien taħbini fil-Qabar!” (13)

      • “Jekk bniedem imut, jistaʼ jerġaʼ jgħix?” (14)

      • Alla jixtieq ħafna li jerġaʼ jara l-bniedem li għamel (15)

  • 15

    • It-tieni darba li jitkellem Elifaż (1-35)

      • Jgħid li Ġob ma jirrispettax lil Alla (4)

      • Jgħid li Ġob hu prużuntuż (7-9)

      • “Alla lanqas biss għandu fidi fl-anġli tiegħu” (15)

      • ‘Min isofri hu ħażin’ (20-24)

  • 16

    • It-tweġiba taʼ Ġob (1-22)

      • “Minflok tfarrġuni qed iġġegħluni nbati iktar!” (2)

      • Jgħid li Alla jispara l-vleġeġ tiegħu lejh (12)

  • 17

    • Ġob ikompli jwieġeb (1-16)

      • “Dawk li jwaqqgħuni għaċ-ċajt daruni” (2)

      • “Alla ġegħelni niġi mwaqqaʼ għaċ-ċajt” (6)

      • “Il-Qabar isir id-dar tiegħi” (13)

  • 18

    • It-tieni darba li jitkellem Bildad (1-21)

      • Jiddeskrivi x’se jiġrilhom il-midinbin (5-20)

      • Jagħti x’jifhem li Ġob ma jafx lil Alla (21)

  • 19

    • It-tweġiba taʼ Ġob (1-29)

      • Ma jaċċettax it-tgħajjir tal-“ħbieb tiegħu” (1-6)

      • Jgħid li ġie abbandunat (13-19)

      • “Hemm wieħed li se jixtrini lura” (25)

  • 20

    • It-tieni darba li jitkellem Sofar (1-29)

      • Iħossu mweġġaʼ minn Ġob (2, 3)

      • Jagħti x’jifhem li Ġob hu ħażin (5)

      • Jgħid li Ġob iħobb jidneb (12, 13)

  • 21

    • It-tweġiba taʼ Ġob (1-34)

      • ‘Għala l-ħżiena jirnexxu?’ (7-13)

      • Jikxef lil dawk li suppost farrġuh (27-34)

  • 22

    • It-tielet darba li jitkellem Elifaż (1-30)

      • ‘Jistaʼ bniedem ikun taʼ benefiċċju għal Alla?’ (2, 3)

      • Jakkuża lil Ġob li hu rgħib u inġust (6-9)

      • ‘Erġaʼ lura lejn Alla u terġaʼ tieħu r-ruħ’ (23)

  • 23

    • It-tweġiba taʼ Ġob (1-17)

      • Irid jippreżenta l-każ tiegħu quddiem Alla (1-7)

      • Jgħid li ma jistax isib lil Alla (8, 9)

      • “Bqajt nobdih” (11)

  • 24

    • Ġob ikompli jwieġeb (1-25)

      • ‘Alla għala m’għażilx il-jum taʼ ġudizzju?’ (1)

      • Jgħid li Alla jippermetti l-ħażen (12)

      • Il-midinbin iħobbu d-dlam (13-17)

  • 25

    • It-tielet darba li jitkellem Bildad (1-6)

      • ‘Kif jistaʼ bniedem ikun innoċenti quddiem Alla?’ (4)

      • Jgħid li bniedem għalxejn ikun leali (5, 6)

  • 26

    • It-tweġiba taʼ Ġob (1-14)

      • “Għaxxaqtni b’kemm għent lid-dgħajjef!” (1-4)

      • ‘Alla jdendel id-dinja fuq ix-xejn’ (7)

      • ‘Dawn huma biss ftit mill-affarijiet li għamel Alla’ (14)

  • 27

    • Ġob determinat li jibqaʼ leali (1-23)

      • “Jien se nibqaʼ leali lejn Alla” (5)

      • Il-ħażin m’għandux tama (8)

      • ‘Għala titkellmu bla sens?’ (12)

      • Il-ħżiena jispiċċaw b’xejn (13-23)

  • 28

    • Ġob iqabbel it-teżori tal-art mal-għerf (1-28)

      • Ix-xogħol fil-minjiera (1-11)

      • L-għerf jiswa iktar mill-perli (18)

      • ‘L-għerf veru jfisser li jkollok rispett kbir lejn Ġeħova’ (28)

  • 29

    • Ġob jiftakar fiż-żmien sabiħ li kellu qabel il-provi (1-25)

      • Irrispettat f’bieb il-belt (7-10)

      • Kif kien jaġixxi b’ġustizzja (11-17)

      • Kulħadd kien jismaʼ l-pariri tiegħu (21-23)

  • 30

    • Ġob jiddeskrivi kif inbidlet is-sitwazzjoni tiegħu (1-31)

      • Imwaqqaʼ għaċ-ċajt min-nies li ma jiswew għal xejn (1-15)

      • Jaħseb li Alla mhux jgħinu (20, 21)

      • “Il-ġilda tiegħi swiedet” (30)

  • 31

    • Ġob jiddefendi l-lealtà tiegħu (1-40)

      • Iwiegħed li ma jħarisx lejn mara oħra bi ħsieb ħażin (1)

      • Jitlob lil Alla biex jeżaminah (6)

      • Ma nagħmilx adulterju (9-12)

      • Ma nħobbx il-flus (24, 25)

      • Ma nagħmilx idolatrija (26-28)

  • 32

    • Iż-żagħżugħ Eliħu jibda jitkellem (1-22)

      • Jirrabja maʼ Ġob u mal-ħbieb tiegħu (2, 3)

      • Hu stenna b’rispett qabel tkellem (6, 7)

      • Iż-żmien biss ma jagħmilx wieħed għaref (9)

      • Eliħu ħerqan biex jitkellem (18-20)

  • 33

    • Eliħu jikkoreġi lil Ġob talli hu ġust f’għajnejh stess (1-33)

      • Tinsab fidwa (24)

      • Jerġaʼ jkollu l-enerġija taʼ żagħżugħ (25)

  • 34

    • Eliħu jitkellem favur il-ġustizzja t’Alla u l-affarijiet li jagħmel (1-37)

      • Ġob jgħid li Alla ma mexiex ġust miegħu (5)

      • L-Alla l-veru qatt ma jaġixxi bil-ħażen (10)

      • Ġob ma jafx il-fatti kollha (35)

  • 35

    • Eliħu juri li Ġob m’għandux raġun (1-16)

      • Ġob qal li hu iktar ġust minn Alla (2)

      • Alla hu tant fl-għoli li ma jiġix affettwat mid-dnub (5, 6)

      • Ġob għandu jistenna lil Alla (14)

  • 36

    • Eliħu jfaħħar il-qawwa kbira t’Alla (1-33)

      • Min jobdi jirnexxi; il-ħżiena jinqerdu (11-13)

      • ‘Hemm xi ħadd li jaf jgħallem daqs Alla?’ (22)

      • Ġob għandu jfaħħar lil Alla (24)

      • “Ma nistgħux insiru nafu kemm hi kbira l-qawwa t’Alla” (26)

      • Alla jikkontrolla x-xita u s-sajjetti (27-33)

  • 37

    • In-natura turi l-kobor t’Alla (1-24)

      • Alla jistaʼ jwaqqaf lin-nies minn dak li jkunu qed jagħmlu (7)

      • ‘Ikkunsidra l-affarijiet tal-għaġeb li għamel Alla’ (14)

      • Il-bnedmin ma jistgħux jifhmu lil Alla (23)

      • L-ebda bniedem m’għandu jaħseb li hu għaref (24)

  • 38

    • Ġeħova juri kemm il-bniedem mhu xejn (1-41)

      • ‘Fejn kont int meta ħlaqt l-art?’ (4-6)

      • It-tfal t’Alla bdew iċapċpu (7)

      • Mistoqsijiet dwar kemm hi impressjonanti n-natura (8-32)

      • “Il-liġijiet li jmexxu s-sema” (33)

  • 39

    • Il-ħolqien tal-annimali juri l-injoranza tal-bniedem (1-30)

      • Il-mogħoż tal-muntanji u ċ-ċriev (1-4)

      • Il-ħmar salvaġġ (5-8)

      • Il-barri salvaġġ (9-12)

      • In-nagħma (13-18)

      • Iż-żiemel (19-25)

      • Il-falkun u l-ajkla (26-30)

  • 40

    • Ġeħova jistaqsi iktar mistoqsijiet (1-24)

      • Ġob jammetti li m’għandu xejn x’jgħid (3-5)

      • “Se tiddubita l-ġustizzja tiegħi?” (8)

      • Alla jiddeskrivi s-saħħa tal-ippopotamu (15-24)

  • 41

    • Alla jiddeskrivi l-kukkudrill tal-għaġeb (1-34)

  • 42

    • Ġob iwieġeb lil Ġeħova (1-6)

    • It-tlett iħbieb taʼ Ġob jiġu kkundannati (7-9)

    • Ġeħova jneħħi t-tbatija taʼ Ġob u jagħtih ħafna ġid (10-17)

      • It-tfal subien u bniet taʼ Ġob (13-15)