X’Jemmnu x-Xhieda taʼ Ġeħova
X’Jemmnu x-Xhieda taʼ Ġeħova
“Naħsbu li hu xieraq li nisimgħu mingħandek x’inhuma l-ħsibijiet tiegħek, għax tabilħaqq rigward din is-setta huwa magħruf lilna li kullimkien jitkellmu kontriha.” (Atti 28:22) Dawn il-mexxejja tal-komunità f’Ruma tal-ewwel seklu kienu eżempju tajjeb. Riedu jisimgħu minn ras il-għajn, minflok mingħand xi kritiċi minn barra.
Simili llum, taʼ spiss isir kliem kontra x-Xhieda taʼ Ġeħova, u jkun żball li tistenna li titgħallem il-verità dwarhom minn xi sors ippreġudikat. Għalhekk huwa bil-pjaċir li nispjegawlek ftit mit-twemmin prinċipali tagħna.
Il-Bibbja, Ġesù Kristu u Alla
Aħna nemmnu li “l-Iskrittura kollha hi mnebbħa minn Alla u hi taʼ benefiċċju.” (2 Timotew 3:16) U għalkemm xi wħud qalu li m’aħniex tassew Kristjani, dan sempliċement mhux minnu. Naqblu għalkollox mal-kliem tal-appostlu Pietru rigward Ġesù Kristu: “Ma hemm ebda isem ieħor taħt is-sema li huwa mogħti fost il-bnedmin li permezz tiegħu rridu niġu salvati.”—Atti 4:12.
Madankollu, ladarba Ġesù qal li huwa “l-Iben t’Alla” u li l-“Missier bagħatni ’l quddiem,” ix-Xhieda taʼ Ġeħova jemmnu li Alla huwa akbar minn Ġesù. (Ġwann 10:36; 6:57) Ġesù nnifsu għaraf li l-“Missier hu akbar minni.” (Ġwann 14:28; 8:28) B’hekk ma nemmnux li Ġesù huwa ugwali mal-Missier, bħalma tgħid id-duttrina tat-Trinità. Minflok, nemmnu li kien maħluq minn Alla u li huwa taħtU.—Kolossin 1:15; 1 Korintin 11:3.
Fil-lingwa Ingliża, isem Alla hu Jehovah. Il-Bibbja tgħid: “Int li ismek waħdu hu JEHOVAH, int l-iktar għoli fuq l-art kollha.” (Salm 83:18, King James Version) Fi qbil maʼ din l-istqarrija, Ġesù poġġa ħafna enfasi fuq l-isem t’Alla, billi għallem lis-segwaċi tiegħu biex jitolbu: “Missierna fis-smewwiet, ħa jitqaddes ismek.” U hu nnifsu talab lil Alla: “Urejt ismek lill-bnedmin li tajtni.”—Mattew 6:9; Ġwann 17:6.
Ix-Xhieda taʼ Ġeħova jemmnu li għandhom jixbhu lil Ġesù f’li juru lil oħrajn dwar l-isem u l-iskopijiet t’Alla. Għalhekk ħadna l-isem taʼ Xhieda taʼ Ġeħova, għaliex nimitaw lil Ġesù, “ix-xhud Fidil.” (Rivelazzjoni 1:5; 3:14) B’mod xieraq, Isaija 43:10 jgħid lill-poplu rappreżentattiv t’Alla: “‘Intom ix-xhieda tiegħi,’ hija l-kelma mitkellma taʼ Ġeħova, ‘saħansitra l-qaddej tiegħi li jien għażilt.’”
Is-Saltna t’Alla
Ġesù għallem lis-segwaċi tiegħu biex jitolbu: “Ħa tiġi saltnatek,” u hu għamel dik is-Saltna bħala t-tema dominanti tat-tagħlim tiegħu. (Mattew 6:10; Luqa 4:43) Ix-Xhieda taʼ Ġeħova jemmnu li s-Saltna hija gvern reali mis-sema, li se jaħkem fuq l-art, u li Ġesù Kristu huwa maħtur bħala s-Sultan inviżibbli tagħha. “Il-gvern se jkun fuq spalltu,” tgħid il-Bibbja. “Għaż-żjieda tal-gvern tiegħu u tal-paċi mhux se jkun hemm tmiem.”—Isaija 9:6, 7, KJ.
Madankollu, Ġesù Kristu mhux se jkun l-uniku sultan tal-gvern t’Alla. Se jkollu ħafna li jaħkmu flimkien miegħu fis-sema. “Jekk nibqgħu nissaportu,” l-appostlu Pawlu kiteb, “se naħkmu wkoll flimkien bħala slaten.” 2 Timotew 2:12) Il-Bibbja tindika li dawk il-bnedmin li jiġu rxoxtati biex jaħkmu maʼ Kristu fis-sema huma limitati għal “mija u erbgħa u erbgħin elf, li kienu mixtrijin mill-art.”—Rivelazzjoni 14:1, 3.
(Naturalment, kwalunkwe gvern għandu jkollu sudditi, u x-Xhieda taʼ Ġeħova jemmnu li biljuni iktar minbarra dawn il-ħakkiema tas-sema se jirċievu l-ħajja taʼ dejjem. Eventwalment l-art, li tkun inbidlet f’ġenna tal-art mill-isbaħ, se tkun mimlija b’dawn is-sudditi tas-Saltna t’Alla li jixirqilhom u li kollha kemm huma jissottomettu rwieħhom lejn it-tmexxija taʼ Kristu u taʼ dawk li jaħkmu miegħu. B’hekk ix-Xhieda taʼ Ġeħova huma konvinti għalkollox li l-art qatt ma se tiġi meqruda u li l-wegħda tal-Bibbja se tiġi mwettqa: “It-twajbin infushom se jkollhom l-art, u se jgħammru għal dejjem fuqha.”—Salm 37:29; 104:5.
Imma, is-Saltna t’Alla kif se tiġi? Billi l-ġnus kollha minn jeddhom joqogħdu għall-gvern t’Alla? Għall-kuntrarju, il-Bibbja b’mod realistiku turi li l-miġja tas-Saltna se tirrikjedi li Alla b’mod dirett jindaħal fl-affarijiet tal-art: “Dak Alla tas-sema se jwaqqaf saltna li qatt ma se tinġieb f’rovina. U s-saltna nfisha . . . se tfarrak u ġġib fi tmiem lil dawn is-saltniet kollha, u hi nfisha se tibqaʼ għal żminijiet indefiniti.”—Danjel 2:44.
Meta se tiġi s-Saltna t’Alla? Fuq il-bażi taʼ profeziji Bibliċi li issa qegħdin jitwettqu, ix-Xhieda taʼ Ġeħova jemmnu li qiegħda fil-qrib ferm. Aħna nistednuk biex tikkunsidra xi profeziji li jbassru xi fatturi taʼ “l-aħħar Luqa 21:7-13, 25-31; u 2 Timotew 3:1-5.
jiem” taʼ din is-sistema ħażina taʼ affarijiet. Huma rrekordjati f’Mattew 24:3-14;Peress li ‘nħobbu lil Ġeħova Alla tagħna b’qalbna, b’ruħna, b’moħħna u b’saħħitna kollha, u lill-proxxmu tagħna bħalna nfusna,’ m’aħniex mifrudin la minħabba n-nazzjonalità, la bir-razza u lanqas b’mod soċjali. (Mark 12:30, 31) Aħna magħrufin sew għall-imħabba li juru ħutna l-Kristjani li jinstabu f’kull ġens. (Ġwann 13:35; 1 Ġwann 3:10-12) B’hekk inħaddnu pożizzjoni newtrali rigward l-affarijiet politiċi taʼ dawn il-ġnus. Aħna nipprovaw nixbhu lid-dixxipli bikrin taʼ Ġesù, li dwarhom hu qal: “Ma huma ebda parti mid-dinja bħalma jien ma jien ebda parti mid-dinja.” (Ġwann 17:16) Nemmnu illi li nżommu separati mid-dinja jfisser li nevitaw kondotta immorali li hi tant komuni llum, inklużi l-gideb, is-serq, iż-żina, l-adulterju, l-omosesswalità, l-użu ħażin tad-demm, l-idolatrija, u affarijiet oħra bħal dawn li huma kkundannati fil-Bibbja.—1 Korintin 6:9-11; Efesin 5:3-5; Atti 15:28, 29.
Tama għall-Futur
Ix-Xhieda taʼ Ġeħova jemmnu li l-ħajja preżenti tagħna f’din id-dinja mhix kollox. Aħna nemmnu li Ġeħova bagħat lil Kristu fid-dinja biex ixerred demmu bħala fidwa sabiex il-bnedmin jistgħu jkollhom waqfa taʼ tjieba maʼ Alla u jirċievu l-ħajja eterna f’sistema ġdida taʼ affarijiet. Bħalma qal wieħed appostlu taʼ Ġesù: “Aħna ġejna ddikjarati twajbin issa b’demmu.” (Rumani 5:9; Mattew 20:28) Ix-Xhieda taʼ Ġeħova huma grati ħafna lejn Alla u lejn Ibnu għal dan il-provvediment taʼ fidwa li jagħmilha possibbli li jkollna l-ħajja fil-futur.
Ix-Xhieda taʼ Ġeħova għandhom fiduċja sħiħa f’ħajja futura bbażata fuq irxoxt mill-mewt taħt is-Saltna t’Alla. Aħna nemmnu, bħalma tgħallem il-Bibbja, li meta bniedem imut l-eżistenza tiegħu tieqaf, li “f’dak Salm 146:3, 4; Eżekjel 18:4; Ekkleżjasti 9:5) Iva, ħajja futura għall-mejtin hi bbażata fuq li Alla jiftakar fihom fl-irxoxt.—Ġwann 5:28, 29.
il-jum ħsibijietu jgħibu.” (Madankollu, ix-Xhieda taʼ Ġeħova huma konvinti li ħafna issa ħajjin se jibqgħu jgħixu meta s-Saltna t’Alla ġġib fi tmiem lill-gvernijiet preżenti kollha u, bħalma Noè u l-familja tiegħu baqgħu jgħixu wara d-Dulluvju, huma se jibqgħu jgħixu biex igawdu l-ħajja eterna fuq art imnaddfa. (Mattew 24:36-39; 2 Pietru 3:5-7, 13) Imma aħna nemmnu li biex wieħed jibqaʼ jgħix irid jiddependi fuq li jilħaq il-livelli taʼ Ġeħova, kif tgħid il-Bibbja: “Id-dinja qed tgħaddi . . . , imma dak li jagħmel ir-rieda t’Alla jibqaʼ għal dejjem.”—1 Ġwann 2:17; Salm 37:11; Rivelazzjoni 7:9, 13-15; 21:1-5.
Ovvjament, hawnhekk ma nistgħux nispjegaw it-twemmin kollu tax-Xhieda taʼ Ġeħova, imma nistednuk li tibgħat għal iktar tagħrif.
Il-kwotazzjonijiet mill-Bibbja huma min-New World Translation of the Holy Scriptures, sakemm mhux indikat mod ieħor.
[Kumment f’paġna 4]
Aħna ħadna l-isem taʼ Xhieda taʼ Ġeħova għaliex nimitaw lil Ġesù