Min Tassew Jaħkem Id-dinja?
Min Tassew Jaħkem Id-dinja?
Ħafna nies kieku jwieġbu din il-mistoqsija permezz taʼ kelma waħda—Alla. Imma huwa interessanti li mkien fil-Bibbja ma nsibu li Ġesù Kristu jew Missieru hu tassew il-ħakkiem taʼ din id-dinja. Kuntrarju għal dan, Ġesù qal: “Il-ħakkiem taʼ din id-dinja se jitkeċċa ’l barra.” U hu żied: “Ġej il-ħakkiem tad-dinja. Hu m’għandu ebda setgħa fuqi.”—Ġwanni 12:31; 14:30; 16:11.
Allura, il-ħakkiem taʼ din id-dinja huwa kontra Ġesù. Min jistaʼ jkun?
Il-Kundizzjonijiet tad-Dinja Jagħtu Ħjiel
Minkejja l-isforzi taʼ bnedmin b’intenzjonijiet tajbin, fid-dinja kien hawn tbatija terribbli matul l-istorja tal-bniedem. Dan iġiegħel lin-nies li jużaw moħħhom biex jaħsbu bħal David Lawrence, kittieb editorjali li issa miet: “‘Paċi fuq l-art’—kważi kulħadd jixtieqha. ‘Rieda tajba fost il-bnedmin’—kważi n-nies kollha fid-dinja jixtiquha bejniethom. Mela x’hemm ħażin? Minkejja dak li tassew jixtiequ l-bnedmin għala hemm it-theddid tal-gwerra?”
Donnu hemm kontradizzjoni, hux vera? Għalkemm ix-xewqa naturali tal-bnedmin hi li jgħixu fil-paċi, hija xi ħaġa komuni li jobogħdu u joqtlu lil xulxin—u b’mod tassew aħrax. Ikkunsidra l-krudeltà tal-biżaʼ li ssir b’mod kiesaħ u biered. Il-bnedmin użaw kmamar tal-gass, kampijiet tal-konċentrament, apparat li jitfaʼ n-nar, bombi tan-napalm, u metodi kefrin oħrajn biex jittorturaw u joqtlu lil xulxin bla ħniena.
Temmen int li l-bnedmin, li jixxennqu għall-paċi u l-hena, huma kapaċi minnhom infushom li jwettqu ħażen daqshekk kbir kontra oħrajn? Liema qawwiet iġagħlu lin-nies iwettqu għemejjel daqshekk mistkerrha jew iġibuhom f’sitwazzjonijiet li jħossuhom imqanqlin biex jagħmlu l-atroċitajiet?
Qatt ħsibt dwar jekk xi qawwa ħażina u inviżibbli hijiex qed tinfluwenza lin-nies biex jikkommettu dawn l-għemejjel vjolenti?Il-Ħakkiema tad-Dinja Identifikati
M’għandniex għalfejn nipprovaw naqtgħu, għaliex il-Bibbja turi b’mod ċar li individwu intelliġenti li ma jidhirx qed jikkontrolla kemm lill-bnedmin u kemm lill-ġnus. Din tgħid: “Id-dinja kollha qiegħda taħt il-qawwa tal-Ħażin.” U l-Bibbja tidentifikah meta tgħid: “Dak li hu msejjaħ Xitan u Satana . . . qed iqarraq bl-art abitata kollha.”—1 Ġwanni 5:19; Rivelazzjoni 12:9.
Darba minnhom meta Ġesù ġie “ttantat mix-Xitan,” Ġesù ma ddubitax l-irwol taʼ Satana bħala l-ħakkiem taʼ din id-dinja. Il-Bibbja tispjega x’ġara: “Ix-Xitan ħadu miegħu fuq muntanja għolja ħafna, u wrieh is-saltniet kollha tad-dinja u l-glorja tagħhom, u qallu: ‘Dawn l-affarijiet kollha nagħtihomlok jekk int tinxteħet fl-art u tagħmilli att taʼ qima.’ Imbagħad Ġesù qallu: ‘Mur ’l hemm, Satana!’”—Mattew 4:1, 8-10.
Aħseb dwar dan. Satana ttanta lil Ġesù billi offrielu “s-saltniet kollha tad-dinja.” Però, kienet l-offerta taʼ Satana se tkun verament tentazzjoni kieku Satana ma kienx tassew il-ħakkiem taʼ dawn is-saltniet? Le, din ma kinitx tkun taʼ tentazzjoni. U nnota, Ġesù ma ċaħadx il-fatt li dawn il-gvernijiet dinjin kollha kienu taʼ Satana, xi ħaġa li żgur kien jagħmilha li kieku Satana ma kellux il-poter fuqhom. Mela, allura, Satana x-Xitan tassew huwa l-ħakkiem inviżibbli taʼ din id-dinja! Fil-fatt, il-Bibbja ssejjaħlu “l-alla taʼ din is-sistema.” (2 Korintin 4:4) Madankollu, kif qatt setaʼ individwu daqshekk kiefer jikseb pożizzjoni taʼ qawwa bħal din?
Il-wieħed li sar Satana kien anġlu maħluq minn Alla, imma hu beda jgħir għall-pożizzjoni t’Alla. Hu sfida d-dritt t’Alla li jaħkem. Għal din ir-raġuni hu nqeda b’serp bħala l-kelliemi tiegħu biex iqarraq bl-ewwel mara, Eva, u għalhekk irnexxielu jwassal lilha u lil żewġha, Adam, biex jagħmlu dak li ried hu minflok ma jobdu lil Alla. (Ġenesi 3:1-6; 2 Korintin 11:3) Ukoll, hu sostna li setaʼ jbiegħed minn Alla lin-nisel kollu taʼ Adam u Eva li kien għadu ma twilidx. Allura, Alla ppermetta li jgħaddi ż-żmien biex Satana jara jekk jistax jagħti prova għal dak li sostna, imma Satana ma rnexxilux.—Ġob 1:6-12; 2:1-10.
Huwa importanti li nkunu nafu wkoll li Satana m’huwiex waħdu fil-ħakma tiegħu tad-dinja. Hu rnexxielu jipperswadi lil xi anġli oħrajn biex jingħaqdu miegħu fir-ribelljoni kontra Alla. Dawn saru demonji, spirti li huma kompliċi miegħu. Il-Bibbja titkellem dwarhom meta tħeġġeġ lill-Kristjani: “[Żommu] sod kontra t-tnassis tax-Xitan; għax aħna ma nissarawx kontra d-demm u l-laħam, imma . . . kontra l-ħakkiema dinjin taʼ dan id-dlam, kontra l-forzi taʼ l-ispirti mill-agħar fil-postijiet tas-sema.”—Efesin 6:11, 12.
Irreżisti lill-Ispirti mill-Agħar
Ġenesi 2:17; 3:19; Eżekjel 18:4, Karm Żammit; Salm 146:3, 4; Koħèlet 9:5, 10) Għalhekk, spirtu mill-agħar, li jimita l-leħen taʼ individwu li jkun mejjet, jistaʼ jitkellem mal-qraba jew il-ħbieb tal-mejjet li jkunu għadhom ħajjin, jew permezz taʼ xi ħadd li jikkomunika maʼ l-ispirti jew permezz taʼ “leħen” mill-qasam inviżibbli. Il-“leħen” jagħmilha tal-wieħed li miet, madankollu, fir-realtà jkun demonju!
Dawn il-ħakkiema mill-agħar li ma jidhrux huma determinati li jqarrqu bil-bnedmin kollha u jbegħduhom mill-qima lejn Alla. Mod wieħed kif l-ispirti mill-agħar jagħmlu dan hu billi jippromwovu l-idea li hemm il-ħajja wara l-mewt, avolja l-Kelma t’Alla turi b’mod ċar li l-mejtin m’huma konxji taʼ xejn. (Allura jekk qatt tismaʼ “leħen” bħal dan, titqarraqx. Iċħad dak kollu li jgħid, u lissen kliem Ġesù: “Mur ’l hemm, Satana!” (Mattew 4:10; Ġakbu 4:7) Tħallix il-kurżità dwar il-qasam taʼ l-ispirti ġġagħlek tinvolvi ruħek maʼ l-ispirti mill-agħar. Dan l-involviment jissejjaħ spiritiżmu, u Alla jwissi lill-aduraturi tiegħu kontra l-forom kollha taʼ l-ispiritiżmu. Il-Bibbja tikkundanna lil kulmin “jeħber . . . min jagħmel il-magħmul u s-sħarijiet, min isejjaħ l-erwieħ, min jobsor u jistħarreġ il-mejtin.”—Dewteronomju 18:10-12; Galatin 5:19-21; Rivelazzjoni 21:8.
Ladarba l-ispiritiżmu jġib lil individwu taħt l-influwenza tad-demonji, irreżisti l-prattiki kollha tiegħu minkejja kemm jistgħu jidhru pjaċevoli jew eċċitanti. Dawn il-prattiki jinkludu lil uħud li jużaw il-ballun tal-kristall, l-użu taʼ l-Ouija boards, il-perċezzjoni ekstra sensorjali (ESP), uħud li jeżaminaw il-linji fuq il-pala taʼ l-id (kiromanzija), u l-astroloġija. Id-demonji kkaġunaw ukoll ħsejjes u fenomeni fiżiċi oħrajn fi djar li jagħmluhom it-territorju tagħhom.
Barra minn hekk, l-ispirti ħżiena jieħdu vantaġġ mill-inklinazzjoni midinba tal-bnedmin billi jippromwovu letteratura, films, u programmi tat-televixin li fihom imġiba immorali u mhux naturali sesswalment. Id-demonji jafu li jekk il-ħsibijiet ħżiena ma jitneħħewx mill-moħħ mill-ewwel dawn jikkaġunaw stampa permanenti u jwasslu lill-bnedmin biex iġibu Ġenesi 6:1, 2; 1 Tessalonikin 4:3-8; Ġuda 6.
ruħhom b’mod immorali—bħad-demonji nfushom.—Huwa minnu li ħafna jiddieħqu bil-ħsieb li din id-dinja hija maħkuma mill-ispirti ħżiena. Imma ma nistagħġbux bil-fatt li ma jemmnux, ladarba l-Bibbja tgħid: “Satana nnifsu jibqaʼ jinbidel f’anġlu tad-dawl.” (2 Korintin 11:14) Il-qerq makakk tiegħu ilu jagħmi lil ħafna wħud għall-fatt li hu u d-demonji tiegħu tassew jeżistu. Imma titqarraqx! Ix-Xitan u d-demonji tiegħu tassew jeżistu, u jeħtieġ li int tirreżistihom kontinwament.—1 Pietru 5:8, 9.
B’ferħ, dalwaqt jasal il-mument meta Satana u dawk li jappoġġawh m’humiex se jibqgħu jeżistu! Il-Bibbja tiżgurana: “Id-dinja [inkluż il-ħakkiema demoniċi tagħha] tgħaddi . . . imma min jagħmel ir-rieda t’Alla jibqaʼ għal dejjem.” (1 Ġwanni 2:17) X’serħan meta jasal il-mument li din l-influwenza mill-agħar titneħħa! Għalhekk, jalla aħna nkunu fost dawk li jagħmlu r-rieda t’Alla u ngawdu l-ħajja taʼ dejjem fid-dinja l-ġdida u ġusta t’Alla.—Salm 37:9-11, 29; 2 Pietru 3:13; Rivelazzjoni 21:3, 4.
Sakemm m’huwiex indikat mod ieħor, il-kwotazzjonijiet mill-Iskrittura Ebrajka huma meħudin mill-Bibbja taʼ l-Għaqda Biblika, It-Tieni Edizzjoni (1996) u dawk mill-Iskrittura Griega huma meħudin mit-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida li għandha lingwa moderna.
[Stampa f’paġna 4]
Setaʼ Satana joffri dawn il-gvernijiet kollha tad-dinja lil Ġesù kieku dawn ma kinux tiegħu?