X’Inhu s-Sigriet għall-Familja Ferħana?
Taħseb li hu . . .
-
l-imħabba?
-
l-flus?
-
xi ħaġa oħra?
X’TGĦID IL-BIBBJA?
“Henjin dawk li jisimgħu l-kelma t’Alla u jħarsuha!”—Luqa 11:28, Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida.
X’JISTAʼ JFISSER DAN GĦALIK?
Issib l-imħabba vera.—Efesin 5:28, 29.
Tgawdi rispett ġenwin.—Efesin 5:33.
Ikollok sigurtà vera.—Marku 10:6-9.
NISTGĦU VERAMENT NEMMNU DAK LI TGĦID IL-BIBBJA?
Iva, minn tal-inqas għal żewġ raġunijiet:
-
Alla hu l-Ħallieq tal-familja. Il-Bibbja tgħid li kull familja “taf isimha” lil Alla Ġeħova. (Efesin 3:14, 15) Fi kliem ieħor, l-arranġament tal-familja jeżisti għax ħalqu Ġeħova. Dan għala hu importanti?
Ikkunsidra: Jekk qed tieħu pjaċir tiekol ikla tajba u tixtieq tkun taf x’inhuma l-ingredjenti, lil min se tistaqsi? Ovvjament, lil min ikun ippreparaha.
Bl-istess mod, biex insiru nafu l-ingredjenti għal familja ferħana, nagħmlu tajjeb jekk induru lejn Ġeħova, il-Ħallieq tal-arranġament tal-familja.—Ġenesi 2:18-24.
-
Alla jimpurtah minnek. Il-familji jkunu għaqlin jekk ifittxu l-pariri taʼ Ġeħova, li hu jipprovdi permezz tal-Kelma tiegħu. Għala? ‘Għax hu jimpurtah minnek.’ (1 Pietru 5:6, 7) Ġeħova jixtieqlek il-ġid—u l-pariri tiegħu dejjem huma tajbin!—Proverbji 3:5, 6; Isaija 48:17, 18.
AĦSEB DWAR DAN
Kif tistaʼ tkun raġel miżżewweġ, mara miżżewġa, jew ġenitur tajjeb?
Il-Bibbja twieġeb din il-mistoqsija f’EFESIN 5:1, 2 u KOLOSSIN 3:18-21.