Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Inkarigu Diffiċli Ħafna Twettaq Permezz tal-Ispirtu Qaddis

Inkarigu Diffiċli Ħafna Twettaq Permezz tal-Ispirtu Qaddis

Matul l-​istorja l-​qaddejja t’Alla wettqu affarijiet tal-​għaġeb, mhux bl-​abbiltà tagħhom, imma bl-​għajnuna taʼ Ġeħova. Fl-​1954, l-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova ħarġet film bl-​isem The New World Society in Action. Dan sar primarjament minn Beteliti li ma kellhomx esperjenza f’li jagħmlu l-​films. Dan il-​proġett diffiċli twettaq biss bl-​ispirtu qaddis taʼ Ġeħova. Dan jagħtina fiduċja li jekk nistrieħu fuq Ġeħova, inkunu nistgħu nirnexxu f’li nwettqu kwalunkwe inkarigu li nirċievu.—Ża 4:6.

ARA L-​VIDJOW KIF SAR IL-​VIDJOW “THE NEW WORLD SOCIETY IN ACTION,” U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Għala ttieħdet deċiżjoni biex isir film dwar il-​kwartieri ġenerali?

  • Il-​film kif wera li Betel hija bħall-​ġisem uman?—1Ko 12:14-​20

  • L-​aħwa xi sfidi ffaċċjaw meta kienu qed jagħmlu l-​film, u kif għelbuhom?

  • Din l-​esperjenza x’tgħallimna dwar l-​ispirtu qaddis taʼ Ġeħova?