Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Il-Pjanti—Sors Prezzjuż taʼ Mediċini

Il-Pjanti—Sors Prezzjuż taʼ Mediċini

Il-​Pjanti—Sors Prezzjuż taʼ Mediċini

L-​esperti jikkalkulaw li kwart mill-​mediċini kollha li n-​nies jużaw illum b’moħħhom mistrieħ bdew—kollha kemm huma jew partijiet minnhom—bħala sustanzi kimiċi li jinstabu fil-​pjanti. Dan il-​fatt taʼ spiss jissemma minn dawk l-​uħud li jaqblu maʼ l-​użu taʼ diversi rimedji magħmulin mill-​ħxejjex.

Ħafna mir-​riċerka fuq pjanti mediċinali ssir biex jiġu separati l-​ingredjenti attivi minnhom. Eżempju importanti taʼ ingredjent bħal dan huwa l-​aspirina, li tittieħed mis-​saliċin, sustanza misjuba fil-​qoxra taż-​żafżafa bajda.

Ladarba jiġu separati, l-​ingredjenti attivi fi pjanta jkunu jistgħu jintużaw f’doża adegwata u iktar preċiża. Xogħol wieħed taʼ referenza jgħid li biex tibbenefika mill-​aspirina li hemm fil-​qxur taż-​żafżafa jew mill-​effetti kollha li jsalvaw il-​ħajja tad-​diġitali li hemm fil-​pjanta bl-​istess isem, huwa ħafna eħfef li tiħodhom f’forma taʼ pillola milli tiekol is-​sustanzi naturali.

Mill-banda l-​oħra, hemm l-​iżvantaġġi meta l-​ingredjenti attivi jiġu separati minn pjanta mediċinali. Żvantaġġ wieħed hu li jistgħu jintilfu kwalunkwe sustanzi u benefiċċji mediċinali li jistaʼ jkun hemm f’ingredjenti oħra fil-​pjanta. Minbarra hekk, xi ftit mill-​organiżmi li jikkaġunaw il-​mard saru reżistenti għall-​mediċini li jikkumbattuhom.

Il-kinina, sustanza li tittieħed mill-​qoxra tas-​siġra taċ-​ċinkona, hija eżempju taʼ wieħed mill-​iżvantaġġi meta jiġi separat l-​ingredjent attiv minn pjanta mediċinali. Filwaqt li l-​kinina toqtol persentaġġ kbir mill-​parassiti li jikkaġunaw il-​malarja, il-​parassiti li ma jmutux ikomplu jiżdiedu bil-​qabda malli jmutu parassiti oħrajn. Xogħol wieħed taʼ referenza jispjega: “Reżistenza bħal din saret kwistjoni inkwetanti ħafna fil-​qasam tal-​mediċina.”

[Stampi f’paġna 15]

L-​aspirina tinkiseb minn din iż-​żafżafa bajda

[Sors]

USDA-NRCS PLANTS Database/Herman, D.E. et al. 1996. North Dakota tree handbook

[Stampi f’paġna 15]

Is-​siġra taċ-​ċinkona, li minnha tinkiseb il-​kinina

[Sors]

Bil-​korteżija taʼ Satoru Yoshimoto