Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Is-Sistema tan-Navigazzjoni tal-Fekruna tal-Baħar

Is-Sistema tan-Navigazzjoni tal-Fekruna tal-Baħar

Ġiet Disinjata?

● Xi riċerkaturi jiddeskrivu l-​vjaġġ li tagħmel il-​fekruna tal-​baħar mill-​post fejn tkun tgħix sax-​xatt fejn tbejjet bħala “wieħed mill-​iktar atti meraviljużi fost l-​annimali.” Għal għaxriet taʼ snin, dan ir-​rettili qanqlilhom il-​kurżità.

Ikkunsidra: Darba f’perijodu bejn sentejn u erbaʼ snin, il-​fekruna titlaʼ fuq ix-​xatt biex tbid il-​bajd tagħha—li jgħoddu mal-​mija f’bejta waħda—u taħbihom fir-​ramel. Ladarba jkunu faqqsu, il-​fkieren żgħar jerħulha għal ġol-​oċean. Imbagħad jibdew vjaġġ li jgħaġġeb u li b’kollox jistaʼ jkopri distanza taʼ xi 12,900 kilometru. Snin wara, il-​fkieren nisa, li issa jkunu kibru, jerġgħu jmorru lura biex ibidu l-​bajd tagħhom stess—fl-​istess medda taʼ xatt fejn kienu faqqsu huma!

Kif isibu triqithom il-​fkieren tal-​baħar? “Jidher li qishom wirtu xi ħaġa ġo fihom li tiġbidhom lejn il-​bajja fejn twieldu,” jgħid il-​bijologu Kenneth Lohmann, mill-​Università tan-​North Carolina fl-​Istati Uniti, li kien kwotat fin-​National Geographic News. Ir-​riċerka turi li l-​fekruna tistaʼ tiddetermina fejn qiegħda billi ssib eżatt l-​angolu u l-​intensità tal-​qawwa manjetika tal-​art. Din l-​abbiltà tal-​għaġeb tgħin lil dawn il-​fkieren żgħar u bla difiża biex jibdew il-​vjaġġ tagħhom taʼ 12,900 kilometru madwar l-​Atlantiku, “u dan jagħmluh waħedhom, mingħajr ma jsegwu fkieren oħrajn,” jgħid Lohmann.

Int x’taħseb? Il-​kapaċità li għandha l-​fekruna tal-​baħar biex issib triqitha ġiet b’kumbinazzjoni jew ġiet disinjata?

[Kaxxa f’paġna 17]

FATTI INTERESSANTI

● Wara li tbid u taħbi l-​bajd tagħha, il-​fekruna tħalli l-​bejta.

● Biex toħroġ mill-​bajda li tkun fiha, il-​fekruna tuża sinna speċjali msejħa karunkula, li mbagħad taqaʼ.

● Il-​fkieren tal-​baħar jgħaddu 90 fil-​mija taʼ ħajjithom fl-​oċean.

[Sors tal-Istampa f’paġna 17]

© Masa Ushioda/WaterF/age fotostock