Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja

Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja

DAN huwa ktieb taʼ stejjer li ġraw tassew. Huma meħudin mill-​aqwa ktieb fid-​dinja, il-​Bibbja. L-​istejjer jgħidulek l-​istorja tad-​dinja miż-​żmien meta Alla beda joħloq sal-​ġurnata li ninsabu fiha llum. Huma jgħidu wkoll dwar x’wiegħed Alla li se jagħmel fil-​futur.

Dan il-​ktieb jagħtik idea taʼ kulma fiha l-​Bibbja. Jgħid dwar nies imsemmijin fil-​Bibbja u l-​affarijiet li għamlu. Jitkellem ukoll dwar it-​tama grandjuża taʼ ħajja taʼ dejjem f’ġenna tal-​art li Alla ta lin-​nies.

Hemm 116-​il storja f’dan il-​ktieb. Dawn huma miġburin fi tmien partijiet. Paġna fil-​bidu taʼ kull parti tgħid fil-​qosor xi jkun fiha dik il-​parti. L-​istejjer jidhru fl-​ordni taʼ kif il-​ġrajjiet seħħew fl-​istorja. Dan jgħinek titgħallem meta ġraw l-​affarijiet fl-​istorja tad-​dinja b’konnessjoni maʼ ġrajjiet oħrajn.

L-​istejjer huma miktubin b’lingwa sempliċi. Ħafna minnkom it-​tfal iż-​żgħar se tkunu tistgħu taqrawhom għalikom stess. Intom il-​ġenituri se tintebħu li wliedkom ċkejknin jibdew jitgħaxxqu jisimgħu dawn l-​istejjer moqrijin lilhom għal darba wara l-​oħra. Issibu li dan il-​ktieb fih ħafna tagħrif t’interess kemm għaż-​żgħar kif ukoll għall-​kbar.

Fl-​aħħar taʼ kull storja hemm l-​iskritturi ċitati mill-​Bibbja. Int inkuraġġit biex taqra dawn is-​siltiet mill-​Bibbja li fuqhom l-​istejjer huma bbażati. Meta tkun spiċċajt taqra storja, irrivedi wkoll il-​mistoqsijiet tal-​istudju taʼ dik l-​istorja li jinsabu wara Storja 116 u pprova ftakar it-​tweġibiet.