Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

L-EWWEL PARTI

Mill-Ħolqien sad-Dilluvju

Mill-Ħolqien sad-Dilluvju

Minn fejn ġew is-​sema u l-​art? Ix-​xemx, il-​qamar u l-​istilel, kif ukoll il-​ħafna affarijiet fuq l-​art, kif bdew jeżistu? Il-​Bibbja tagħti t-​tweġiba vera meta tgħid li saru minn Alla. Għalhekk, il-​ktieb tagħna jibda bi stejjer mill-​Bibbja dwar il-​ħolqien.

Nitgħallmu li l-​ewwel affarijiet li ħalaq Alla kienu persuni spirti li xi ftit jew wisq kienu jixbhuh. Dawn kienu l-​anġli. Imma l-​art saret għal nies bħalna. Għalhekk, Alla għamel lir-​raġel u l-​mara, li jisimhom Adam u Eva, u poġġiehom fi ġnien mill-​isbaħ. Imma huma m’obdewx lil Alla u tilfu d-​dritt li jibqgħu ħajjin.

B’kollox, minn meta nħalaq Adam sad-​Dilluvju l-​kbir għaddew 1,656 sena. Matul dan iż-​żmien kienu jgħixu ħafna nies ħżiena. Fis-​sema, kien hemm persuni spirti li ma jidhrux, Satana u l-​anġli ħżiena tiegħu. Fuq l-​art, kien hemm Kajjin u ħafna persuni ħżiena oħrajn, inkluż xi rġiel li kellhom saħħa mhix normali. Imma kien hawn ukoll nies tajbin fuq l-​art—Abel, Enok, u Noè. FL-​EWWEL Parti se naqraw dwar dawn in-​nies u l-​ġrajjiet kollha.