Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

STORJA 2

Ġnien mill-Isbaħ

Ġnien mill-Isbaħ

ĦARES lejn l-​art hawnhekk! Kemm fiha kollox sabiħ! Ħares lejn il-​ħaxix u s-​siġar, il-​fjuri u l-​annimali kollha li hemm. Qed tarahom l-​iljunfanti u l-​iljuni?

Min għamel dan il-​ġnien mill-​isbaħ? Alla. Ejja naraw kif Alla lesta l-​art għalina.

L-​ewwel, Alla kesa l-​art bil-​ħaxix aħdar. U hu għamel minn kull tip taʼ pjanti u siġar żgħar u kbar. Dawn l-​affarijiet li jikbru jgħinu biex l-​art tidher sabiħa. Imma mhux hekk biss. Ħafna minnhom jagħtuna wkoll l-​ikel li għandu togħma tajba ħafna.

Iktar tard Alla għamel il-​ħut biex jgħum fl-​ilma u l-​għasafar biex itiru fis-​sema. Hu għamel il-​klieb u l-​qtates u ż-​żwiemel; annimali kbar u żgħar. Liema annimali tara fejn toqgħod int? Taħseb li għandna nkunu ferħanin li Alla għamel dawn l-​affarijiet kollha għalina?

Fl-​aħħar nett, Alla għamel parti waħda mid-​dinja post speċjali ħafna. Hu semma dan il-​post il-​ġnien tal-​Għeden. Veru kien perfett. Kulma kien fih kien mill-​isbaħ. U Alla ried li l-​art kollha ssir eżatt bħal dan il-​ġnien sabiħ li kien għamel.

Imma erġaʼ ħares lejn din l-​istampa tal-​ġnien. Taf x’ra Alla li kien hemm nieqes? Ejja naraw.