Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Mosè u Aron Jidħlu Quddiem il-Fargħun

Mosè u Aron Jidħlu Quddiem il-Fargħun

STORJA 31

Mosè u Aron Jidħlu Quddiem il-Fargħun

META Mosè wasal lura l-​Eġittu, hu qal lil ħuh Aron dwar il-​mirakli. U meta Mosè u Aron għamlu dawn il-​mirakli quddiem l-​Iżraelin, in-​nies kollha emmnu li Ġeħova kien magħhom.

Imbagħad, Mosè u Aron marru quddiem il-​Fargħun. Qalulu: ‘Ġeħova l-​Alla t’Iżrael jgħid, “Ħalli lill-​poplu tiegħi jmur fid-​deżert għal tlett ijiem biex ikunu jistgħu jqimuni.”’ Imma l-​Fargħun wieġeb: ‘Jien ma nemminx b’Ġeħova. U m’iniex se nħalli lil Iżrael jitlaq.’

Il-​Fargħun irrabja għax in-​nies riedu jieħdu l-​ħin mix-​xogħol biex iqimu lil Ġeħova. Għalhekk, ġegħelhom jaħdmu saħansitra iktar iebes. L-​Iżraelin waħħlu f’Mosè talli kienu qed jiġu trattati tant ħażin, u Mosè ħassu mnikket. Imma Ġeħova qallu biex ma jinkwetax. Ġeħova qal: ‘Jien se nġiegħel lill-​Fargħun iħalli lill-​poplu tiegħi jitlaq.’

Mosè u Aron reġgħu marru jaraw lill-​Fargħun. Din id-​darba għamlu miraklu. Aron xeħet il-​bastun tiegħu fl-​art, u dan sar serp kbir. Imma l-​irġiel għorrief tal-​Fargħun ukoll xeħtu l-​bsaten tagħhom, u tfaċċaw is-​sriep. Imma, ara! Is-​serp t’Aron qed jiblaʼ s-​sriep tal-​irġiel għorrief. Xorta waħda, il-​Fargħun ma ħalliex lill-​Iżraelin jitilqu.

Għalhekk, kien wasal iż-​żmien biex Ġeħova jagħti lezzjoni lill-​Fargħun. Taf kif għamel dan? Billi bagħat 10 kastigi, jew inkwiet kbir, fuq l-​Eġittu.

Wara ħafna mill-​kastigi, il-​Fargħun kien jibgħat għal Mosè, u jgħid: ‘Waqqaf il-​kastig u nħalli lil Iżrael jitlaq.’ Imma meta kien jieqaf il-​kastig, il-​Fargħun kien ibiddel fehmtu. Ma kienx iħallihom jitilqu. Iżda fl-​aħħar, wara l-​10 kastig, il-​Fargħun bagħat lill-​Iżraelin.

Taf x’kienu l-10 kastigi? Dawwar il-paġna ħa nitgħallmu dwarhom.

Eżodu 4:27-31; 5:1-23; 6:1-13, 26-30; 7:1-13.