Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

IT-TIELET PARTI

Mill-Ħelsien mill-Eġittu sal-Ewwel Sultan t’Iżrael

Mill-Ħelsien mill-Eġittu sal-Ewwel Sultan t’Iżrael

Mosè mexxa lill-​Iżraelin billi ħariġhom mill-​jasar fl-​Eġittu u ġabhom ħdejn il-​Muntanja Sinaj, fejn Alla tahom il-​liġijiet tiegħu. Iktar tard, Mosè bagħat 12-​il raġel biex jitkixxfu l-​art taʼ Kangħan. Imma 10 minnhom ġew lura b’rapport ħażin. Dawn ġiegħlu lin-​nies iħossuhom li jridu jmorru lura l-​Eġittu. Minħabba li l-​Iżraelin ma wrewx fidi, Alla tahom kastig billi ħalliehom jiġġerrew għal 40 sena fid-​deżert.

Fl-​aħħar, Ġożwè ntgħażel biex imexxi lill-​Iżraelin għal ġol-​art taʼ Kangħan. Biex jgħinhom jieħdu l-​art f’idejhom, Ġeħova ġiegħel li jseħħu l-​mirakli. Hu waqqaf l-​ilmijiet tax-​Xmara Ġordan, waqqaʼ l-​ħitan taʼ Ġeriko, u waqqaf ix-​xemx milli tiċċaqlaq għal ġurnata sħiħa. Wara sitt snin, l-​Iżraelin ħadu l-​art minn taħt idejn il-​Kangħanin.

Iżrael inħakem għal 356 sena mill-​imħallfin, u Ġożwè kien l-​ewwel wieħed. Nitgħallmu dwar ħafna minnhom, fosthom Barak, Gidegħon, Ġefta, Sansun, u Samwel. Naqraw ukoll dwar xi nisa bħal Raħab, Debora, Ġagħel, Rut, Nagħomi, u Dalila. B’kollox, IT-​TIELET Parti tkopri 396 sena taʼ storja.