Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

T-TMIEN PARTI

Dak li l-Bibbja Tbassar Iseħħ

Dak li l-Bibbja Tbassar Iseħħ

Il-​Bibbja mhux biss tgħid l-​istorja vera taʼ x’ġara fil-​passat imma wkoll tgħid x’se jiġri fil-​futur. Il-​bnedmin ma jistgħux jgħidu x’se jiġri fil-​futur. Għalhekk nafu li l-​Bibbja ġejja mingħand Alla. Il-​Bibbja x’tgħid dwar il-​futur?

Tgħidilna dwar gwerra kbira t’Alla. F’din il-​gwerra, Alla se jnaddaf l-​art mill-​ħażen u n-​nies ħżiena kollha, imma se jipproteġi lil dawk li jaqduh. Is-​Sultan t’Alla, Ġesù Kristu, se jagħmel ċert li l-​qaddejja t’Alla jgawdu l-​paċi u l-​ferħ, u li qatt ma jerġgħu jimirdu jew imutu.

Kemm aħna ferħanin li Alla se jagħmel ġenna ġdida fuq l-​art, hux veru? Imma rridu nagħmlu xi ħaġa jekk irridu ngħixu f’din il-​ġenna tal-​art. Fl-​aħħar storja tal-​ktieb nitgħallmu xi rridu nagħmlu biex ingawdu l-​affarijiet meraviljużi li Alla għandu lest għal dawk li jaqduh. Allura aqra T-​TMIEN Parti, u sir af xi tbassar il-​Bibbja dwar il-​futur.