Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Introduzzjoni

Introduzzjoni

Għażiż Qarrej:

Tħossok qrib Alla? Għal ħafna nies, din hija xi ħaġa impossibbli għall-​aħħar. Xi wħud jibżgħu li hu ’l bogħod wisq minn kulħadd; oħrajn tant ma jħossuhomx denji li lanqas biss joħolmuha ħaġa bħal din. Madankollu, il-​Bibbja tħeġġiġna bl-​imħabba: “Ersqu lejn Alla, u hu jersaq lejkom.” (Ġakbu 4:8) Hu saħansitra jiżgura lill-​aduraturi tiegħu: “Jiena l-​Mulej, Alla tiegħek, nwieżnek minn idek il-​leminija, u ngħidlek: ‘La tibżax, jiena l-​għajnuna tiegħek.’”—Isaija 41:13.

Kif nistgħu nirsistu biex ikollna relazzjoni daqshekk intima m’Alla? F’kull ħbiberija li nifformaw, ir-​rabta tkun ibbażata fuq l-​għarfien li jkollna dwar il-​persuna l-​oħra, u l-​ammirazzjoni u l-​apprezzament tagħna lejn il-​karatteristiċi uniċi tagħha. Għaldaqstant, il-​kwalitajiet t’Alla u l-​mod kif jaġixxi, bħalma jintwerew fil-​Bibbja, huma affarijiet essenzjali li għandna nistudjawhom sew. Billi nimmeditaw fuq kif Jehovah juri kull waħda mill-​kwalitajiet tiegħu, naraw kif Ġesù Kristu rriflettiehom b’mod perfett, u nifhmu kif aħna wkoll nistgħu nikkultivawhom, se nersqu eqreb lejn Alla. Se naraw kif Jehovah għandu d-​dritt u hu l-​wieħed ideali biex ikun is-​Sovran taʼ l-​univers. Iktar minn hekk, hu l-​Missier li lkoll kemm aħna neħtieġu. Peress li hu qawwi, ġust, għaref, u mimli mħabba, qatt ma jabbanduna lill-​ulied leali tiegħu.

Jalla dan il-​ktieb jgħinek tersaq eqreb lejn Alla Jehovah, u tifforma rabta miegħu li ma tispiċċa qatt, sabiex int tkun tistaʼ tgħix biex tfaħħru għal dejjem.

Il-​Pubblikaturi