Għanja 117
Irridu Niġu Mgħallmin
1. B’ferħ ejjew ħalli nitgħallmu dwar Ġeħova.
“Hu qal, “Għall-ilma tal-ħajja ejjew,
Alla ipprovda tant taħriġ siewi,
Dawk bil-għatx għall-verità jithennew.
2. Qatt m’għandna nwarrbu fil-ġenb il-laqgħat tagħna,
Għandna nitgħallmu dak li hu korrett.
Mal-għeżież ħutna, b’t’Alla l-ispirtu,
Hawn żgur nissaħħu biex nimxu b’mod rett.
3. Dawk li tifħir ikantaw kemm qawwa jtuna.
Kemm hu sabiħ kliem dawk li ġew mgħallmin!
Jalla ningħaqdu mal-poplu t’Alla.
U nkunu fosthom ilkoll miġburin.
(Ara wkoll Ebr. 10:24, 25; Riv. 22:17.)