Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għanja 8

L-Ikla taʼ Filgħaxija tal-Mulej

L-Ikla taʼ Filgħaxija tal-Mulej

(Mattew 26:26-30)

1. Ġeħova, Missierna fis-sema,

O kemm hu qaddis dan il-lejl!

Fl-erbatax taʼ Nisan urejt kemm int setgħan,

Tant għaref u ġust, tħobb bla kejl.

Tal-Qbiż il-ħaruf kien ittiekel,

U nħelsu lkoll l-Israelin.

Sekli wara l-Mulej b’demmu sar il-Feddej;

Profeziji b’hekk ġew imwettqin.

2. Ilkoll miġburin hawn quddiemek.

Bħal nagħ’ġ ġejna lejn il-mergħat.

Infaħħruk bil-kotriet, ’l Ibnek bgħatt mis-smewwiet,

Biex ismek ikun onorat.

Inżommu t-Tifkira ġo qalbna

U f’moħħna biex qatt ma ninsew.

Kuljum nogħġbu l-Ħallieq; taʼ Ġesù nsegwu t-triq,

U b’hekk niksbu il-ħajja tassew.