Għanja 101
Nagħmlu Magħrufa l-Verità tas-Saltna
1. Kien hemm żmien li m’għarafniex dan:
Il-mod t’għajxien taʼ kull Kristjan.
Fis id-dawl Ġeħova bagħ’t,
U l-fehma tas-Saltna ċċarat.
Ir-rieda t’Alla rajna mbagħ’d,
Li naqdu lill-kbir Teokrat,
Li magħruf Ġeħova jsir,
B’hekk ngħinu biex ’l ismu nagħtuh tifħir.
Issa ’l kulħadd ngħidu l-aħbar,
Minn triq għal triq, minn dar għal dar.
Biex jifhmu sew nieħdu il-ħin
Bil-verità b’hekk dawn ħelsin.
Jekk nistinkaw f’kull art b’fervur
Il-qima t’Alla toktor żgur.
F’unità naqduh sakemm
Ġeħova jgħid li x-xogħ’l ikun intemm.
(Ara wkoll Ġoż. 9:9; Is. 24:15; Ġw. 8:12, 32.)