Għanja 106
Niksbu l-Ħbiberija taʼ Ġeħova
(Salm 15)
1. Min veru jafek sew?
Min midħla tiegħek sar?
Int lil min tafda? Ma’ min ħabib?
Min jgħix f’taʼ Alla d-dar?
Min Kelmtek ħaddan fih,
Min għandu fidi fik,
Min hu leali, min hu tant ġust,
Jgħix ħajtu biss għalik.
2. Min jistaʼ jersaq lejk?
Min hu ħabib tassew?
Min hu li jferrħek u għaxqa jtik?
Min b’ismu int taf sew?
Min ’l ismek jonorah
U f’Kelmtek fis jobdik,
Min onest f’qalbu, umli, w ħanin
U lealtà jurik.
3. Fuqek nistrieħu Jah,
B’talb niftħu qalbna lkoll.
Bi mħabba tgħaqqad, b’rabta fis-sod,
Tieħu tant ħsiebna wkoll.
Kemm aħna xewqanin
Li nibqgħu ħbieb mill-qrib.
L-ebda sħubija isbaħ ma ssib;
Inti l-aħjar ħabib.
(Ara wkoll Salm 139:1; 1 Pt. 5:6, 7.)