Għanja 114
Il-Ktieb t’Alla Stess—Teżor
1. Għandna ktieb li bil-ħafna paġni tiegħu,
Iġib sliem, ferħ u tama lill-bnedmin.
Fih ħsibijiet tal-għaġeb kollhom qawwa;
Hu jġib ħajja ’l-“mejtin,” dawl lill-“għamjin.”
Dal-ktieb prezzjuż hu t’Alla l-Bibbja Mqaddsa.
Kliemu inkiteb minn nies imnebbħin.
Minn irġiel b’tant imħabba għal Ġeħova,
Li ġew bl-ispirtu tiegħu imqanqlin.
2. Kitbu rakkont onest tal-ħolqien t’Alla,
Dwar kif b’setegħtu nħalaq l-univers.
Qalu wkoll dwar kif kien bla dnub il-bniedem
U dwar kif imbagħ’d kollox mar avvers.
Irrakkontaw ukoll dwar ċertu anġlu
Li sfida ’l Alla bħala is-Sovran.
U daħal b’hekk id-dnub b’niket għall-bniedem,
Biss daqt Ġeħova jirbaħ għax Setgħan.
3. Qed ngħixu llum fi żmien taʼ ferħ kbir ħafna.
Is-Saltna taħkem bi Kristu Ġesù.
Kulmin idur b’qalb sħiħa lejn Ġeħova.
F’dal-jum mid-dnub u l-mewt jinħeles hu.
Ġo dan il-ktieb insibu bxajjar tajba;
Fih festa sagra, mimli ikel bnin.
Paċi mill-aqwa joffri ’l-bnedmin kollha;
Dat-Teżor Ħaj ejjew ngħożżuh f’kull ħin.
(Ara wkoll it-2 Tim. 3:16; 2 Pt. 1:21.)