Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għanja 77

Aħfer

Aħfer

(Salm 86:5)

1. Biex jifdina Alla

Bagħ’t lil Ibnu mis-smewwiet

B’hekk Hu l-mewt fix-xejn iġib żgur

U jaħfrilna id-dnubiet.

Hu se jagħti l-maħfra tiegħu

Jekk nedmin u fis nobduh

Għax permezz tal-fidwa tiegħu

Maħfra f’ismu nitolbuh.

2. Nintwerew dil-ħniena

Jekk bħal Alla nagħmlu lkoll

U ’l xulxin bi mħabba naħfru,

Empatija nuru wkoll.

Dejjem nissaportu ’l ħutna,

Kliem taʼ wġigħ ma ngħidu qatt;

Rispett nuru ’l ħutna kollha,

Nuru mħabba l’hi bla għadd.

3. Hi virtù il-ħniena,

Ejjew din nikkultivaw.

Din se tbegħ’dna mis-suppervja

W il-mibegħda nevitaw.

Lil Ġeħova rridu nixbhu

Għax imħabbtu ma tintemmx,

B’hekk ħa naħfru minn qiegħ qalbna,

Bħall-Missier li bħalu m’hemmx.