Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għanja 14

Kollox Magħmul Ġdid

Kollox Magħmul Ġdid

(Rivelazzjoni 21:1-5)

1. Iż-żmien juri li ħakmet Alla ġa bdiet.

Ġesù jaħkem fil-glorja tas-smewwiet.

Fil-gwerra tas-sema rebbieħ hu kien;

Daqt t’Alla ir-rieda sseħħ kullimkien.

(KOR)

It-tinda t’Alla mal-bnedmin;

Bih magħna aħna ferħanin.

Uġigħ ma ssibx hemm, lanqas mardiet,

Xejn biki, hu se jeqred l-imwiet;

Għax Alla qal: ‘Qed nagħmel kollox ġdid.’

Dal-kliem veru u taʼ ġid.

2. Ħa jilmħu ’l Ġerusalemm Ġdida bla xkiel,

L-għarusa li għall-Ħaruf tleqq b’tant ġmiel.

Imżejna sabiħ b’ħaġar ferm prezzjuż,

Għaliha Ġeħova jkun dawl glorjuż.

(KOR)

It-tinda t’Alla mal-bnedmin;

Bih magħna aħna ferħanin.

Uġigħ ma ssibx hemm, lanqas mardiet,

Xejn biki, hu se jeqred l-imwiet;

Għax Alla qal: ‘Qed nagħmel kollox ġdid.’

Dal-kliem veru u taʼ ġid.

3. Dil-belt kollha ġmiel se ġġib għaxqa ’l-bnedmin,

U tagħha l-bibien miftuħin f’kull ħin.

Warajha ħa jimxu n-nazzjonijiet,

Dawlitha lkoll nuru bl-azzjonijiet.

(KOR)

It-tinda t’Alla mal-bnedmin;

Bih magħna aħna ferħanin.

Uġigħ ma ssibx hemm, lanqas mardiet,

Xejn biki, hu se jeqred l-imwiet;

Għax Alla qal: ‘Qed nagħmel kollox ġdid.’

Dal-kliem veru u taʼ ġid.