Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għanja 16

Sus Wara s-Saltna t’Alla!

Sus Wara s-Saltna t’Alla!

(Sofonija 2:3)

1. Intom b’qalb umli w ġwejdin fittxu ’l Alla;

Fittxu is-sew u qatt tkunu kburin.

Jistaʼ jkun li fil-jum tiegħu taʼ korla

Post kenni jipprovdi fil-ħin.

(KOR)

Sus wara s-Saltna; m’hemmx tama aħjar;

Mal-ħakma t’Alla żomm sod.

Barka w ħarsien issib għax hekk hu wiegħed;

Kun pront, obdih int b’kull mod.

2. Ħa jiġi min hu għatxan għall-ġustizzja,

Għala lkoll tibqgħu titniehdu bl-uġigħ?

L-għadu taħarbu jekk biss tfittxu ’l Alla,

Lil ħakmet Ġesù agħtu ġieħ.

(KOR)

Sus wara s-Saltna; m’hemmx tama aħjar;

Mal-ħakma t’Alla żomm sod.

Barka w ħarsien issib għax hekk hu wiegħed;

Kun pront, obdih int b’kull mod.

3. Ħarsu ’l fuq b’ferħ, ’il fuq għollu ħarsitkom;

Ħarsu w taraw; ġiet is-Saltna fil-ħin!

Ħaddnu t-tagħlim li Ġeħova qed jagħti,

Lejh biss nuru biżaʼ tant bnin.

(KOR)

Sus wara s-Saltna; m’hemmx tama aħjar;

Mal-ħakma t’Alla żomm sod.

Barka w ħarsien issib għax hekk hu wiegħed;

Kun pront, obdih int b’kull mod.