Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għanja 18

L-Imħabba Leali t’Alla

L-Imħabba Leali t’Alla

(Isaija 55:1-3)

1. Alla jħobb b’lealtà.

Ferħanin b’dil-verità.

L Ibnu hu bi mħabba bagħ’t,

Biex jifdina mill-weġgħat,

B’hekk b’ġustizzja nitmexxew,

Fl-art għal dejjem nithennew.

(KOR)

Ersqu qrib O wħud bil-għatx,

Ħudu l-ilma ħaj u pur;

B’xejn ixorbu wħud bil-għatx

U mħabbtu tħossu żgur.

2. Alla jħobb b’lealtà.

F’xogħlu hemm dil-verità.

Kompla jħobbna billi ta

Tron lil Kristu b’maestà

Biex tal-patt isir twettiq.

Ara! S-Saltna tiegħu bdiet.

(KOR)

Ersqu qrib O wħud bil-għatx,

Ħudu l-ilma ħaj u pur;

B’xejn ixorbu wħud bil-għatx

U mħabbtu tħossu żgur.

3. Alla jħobb b’lealtà.

Nuru lkoll dil-kwalità.

Ngħinu b’lealtà ’l-ġwejdin,

L Alla jfittxu dawn f’kull ħin.

B’biżaʼ t’Alla nippritkaw,

U n-nies faraġ jingħataw.

(KOR)

Ersqu qrib O wħud bil-għatx,

Ħudu l-ilma ħaj u pur;

B’xejn ixorbu wħud bil-għatx

U mħabbtu tħossu żgur.