Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għanja 19

Alla Jwiegħed Ġenna tal-Art

Alla Jwiegħed Ġenna tal-Art

(Luqa 23:43)

1. Ġenna tal-art Ġeħova wiegħed,

Permezz taʼ Kristu is-Sultan;

Se jtemm id-dnub, il-mewt u l-ħażen;

Mid-dmugħ w uġigħ iġib serħan.

(KOR)

Daqt ġenna fl-art li bil-ġmiel tfur,

Bl-għajnejn tal-fidi naraw żgur.

Se jwettaq dan Kristu Ġesù;

Bir-rieda t’Alla tgħaxxaq hu.

2. Dalwaqt hawn fl-art, skont l-iskop t’Alla,

Ibnu jgħid lill-mejjet iqum.

Dan stess kien wiegħdu Ġesù Sidna:

‘F’Ġenna tal-art int miegħi tkun.’

(KOR)

Daqt ġenna fl-art li bil-ġmiel tfur,

Bl-għajnejn tal-fidi naraw żgur.

Se jwettaq dan Kristu Ġesù;

Bir-rieda t’Alla tgħaxxaq hu.

3. Ġenna tal-art il-Mulej wegħ’dna.

U issa hu bi dritt Sultan.

Kuljum ħajr niżżu lil Missierna,

Tifħir minn qalbna b’kant ħerqan.

(KOR)

Daqt ġenna fl-art li bil-ġmiel tfur,

Bl-għajnejn tal-fidi naraw żgur.

Se jwettaq dan Kristu Ġesù;

Bir-rieda t’Alla tgħaxxaq hu.