Għanja 21
Henjin Dawk li Jħennu!
1. Ferħan kulmin iħenn bis-sħiħ!
F’għajnejn Ġeħova hu sabiħ.
Jistqarr ma’ min is-sewwa jrodd
Li Alla lill-ħanin iħobb.
B’Ġesù, il-ħniena rajna fih,
U l-fidwa Hu pprovdielna bih.
Hu juri ħniena mal-ġwejdin
Għax jaf li aħna lkoll dgħajfin.
2. Lil dak ħanin, Jah barka jtih.
Dnubietu jaħfer, b’hekk mistrieħ.
Megħjun bil-ħniena taʼ Ġesù,
Li issa ħdejn tron Alla hu.
Dil-ħniena jaqsam b’ferħ tant kbir
Man-nies, bil-Bibbja fix-xandir,
Jgħidilhom biex jimtlew bil-ferħ.
Is-Saltna hawn u se ġġib serħ.”
3. Imħabbet Alla żgur jaraw
Il-ġusti meta se jsalvaw.
Jaraw kemm Alla hu ħanin,
Għax bħalu jħennu dawn qegħdin.
Ħa nħennu u ħa nistinkaw
Dil-kwalità nikkultivaw.
Ġeħova w Kristu wrewna t-triq;
Kuljum ħa nħennu bħall-Ħallieq.
(Ara wkoll Lq. 6:36; Rum. 12:8; Ġak. 2:13.)