Għanja 23
Ġeħova, is-Saħħa Tagħna
1. Alla Ġeħova, int qawwi u kbir.
Int Salvatur, u bik nieħdu pjaċir.
Naqsmu l-messaġġ bħala Xhieda f’kull ħin,
Kemm jekk jisimgħu jew le il-bnedmin
(KOR)
Ġeħova bħal Blat, int qawwi u kbir,
Lejl u nhar ’l ismek nagħtu tifħir.
B’glorja, Ġeħova, b’tant setgħa int tfur,
Int torri tagħna; Fik se ninħbew żgur.
2. Min issa qed jaqdik, b’dawlek ferħan;
Li veru w ġust int, ilkoll nafu dan
Mill-Iskrittura nitgħallmu xi trid;
Mas-Saltna nagħżlu li nimxu id f’id.
(KOR)
Ġeħova bħal Blat, int qawwi u kbir,
Lejl u nhar ’l ismek nagħtu tifħir.
B’glorja, Ġeħova, b’tant setgħa int tfur,
Int torri tagħna; Fik se ninħbew żgur.
3. Alla, b’ferħ għinna nattwaw li tixtieq.
L-għadu jipprova ibegħedna mit-triq.
Għinna biex negħlbu t-tnassis tax-Xitan;
Sodi sat-tmiem nagħrfuk bħala s-Sovran.
(KOR)
Ġeħova bħal Blat, int qawwi u kbir,
Lejl u nhar ’l ismek nagħtu tifħir.
B’glorja, Ġeħova, b’tant setgħa int tfur,
Int torri tagħna; Fik se ninħbew żgur.
(Ara wkoll it-2 Sam. 22:3; Salm 18:2; Is. 43:12.)