Għanja 55
Ħajja bla Tmiem—X’Serħan!
1. Tistaʼ int, timmaġinah;
Żmien li l-ġnus jgħixu fl-għaqda?
Spiċċa l-inkwiet. Paċi w skiet!
Ħajja bla dmugħ u wġigħ.
(KOR)
Kanta mill-qalb ferħan!
Seh’m jistaʼ jkollok f’dan.
Għix int għall-jum meta tkun
“F’ħajja bla tmiem—x’serħan!”
2. F’dawk il-jiem xiħ isir żgħir,
Ġismu jsir bħal taʼ tfajjel.
L-għawġ kollu ntemm, m’n’issa ’l hemm,
Biki u biżaʼ xejn.
(KOR)
Kanta mill-qalb ferħan!
Seh’m jistaʼ jkollok f’dan.
Għix int għall-jum meta tkun
“F’ħajja bla tmiem—x’serħan!”
3. Ġenna fl-art se ngawdu lkoll.
B’kant infaħħru lil Alla.
Sa ma ndum ħaj niżżi ħajr
L Alla il-kbir, Ħallieq.
(KOR)
Kanta mill-qalb ferħan!
Seh’m jistaʼ jkollok f’dan.
Għix int għall-jum meta tkun
“F’ħajja bla tmiem—x’serħan!”
(Ara wkoll Ġob 33:25; Salm 72:7; Riv. 21:4.)