Għanja 27
Żomm Int ma’ Ġeħova!
1. Kien hemm żmien li kellna qlubna mnikktin;
U b’reliġjon falza ġejna mqarrqin;
Imma b’ferħ kbir qlubna ġew mimlijin;
Ġejna bis-Saltna mgħarrfin.
(KOR)
Żomm int ma’ Ġeħova;
Għaxqa sib int fih.
Qatt ma se jitilqek;
Sod ibqaʼ segwih.
Għid, għid l-aħbar tajba
Ta’ sliem u ħelsien.
Il-ħakma bi Kristu
Tikber tul iż-żmien.
2. Issa nifirħu għax ’l Alla naqduh,
Naqsmu din il-verità ma’ kull ruħ,
Ngħinu lil ħutna biex ’l Alla jfaħħruh,
B’hekk ’l ismu ġieħ żgur jagħtuh.
(KOR)
Żomm int ma’ Ġeħova;
Għaxqa sib int fih.
Qatt ma se jitilqek;
Sod ibqaʼ segwih.
Għid, għid l-aħbar tajba
Ta’ sliem u ħelsien.
Il-ħakma bi Kristu
Tikber tul iż-żmien.
3. Mhux se jbeżżagħna l-għemil tax-Xitan.
Nafdaw f’Ġeħova li jsalva ħerqan.
Ver’ aħna ftit waqt li l-għadu kotran,
Iżda jqawwina s-Setgħan.
(KOR)
Żomm int ma’ Ġeħova;
Għaxqa sib int fih.
Qatt ma se jitilqek;
Sod ibqaʼ segwih.
Għid, għid l-aħbar tajba
Ta’ sliem u ħelsien.
Il-ħakma bi Kristu
Tikber tul iż-żmien.
(Ara wkoll Salm 94:14; Prov. 3:5, 6; Ebr. 13:5.)