Għanja 11
Inferrħu Qalb Ġeħova
1. Wegħ’dniek kbir Alla li nobduk;
Bl-għerf, f’xogħlok aħna lkoll naqduk.
B’hekk nafu li seh’m nieħdu żgur
F’li nferrħu ’l qalbek bil-fervur.
2. Bl-ilsir, qaddej tiegħek fuq l-art,
Il-kobor tiegħek int xandart.
Jitmagħna hu ikel tant bnin
U biex nobduk niġu msaħħin.
3. Bl-ispirtu tiegħek imsawbin,
Se nibqgħu f’triqtek żgur mexjin.
U nagħtu lilek kull tifħir,
Lil qalbek b’hekk nimlew b’ferħ kbir.
(Ara wkoll Mt. 24:45-47; Lq. 11:13; 22:42.)