Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għanja 35

Gratitudni għall-Paċenzja Divina

Gratitudni għall-Paċenzja Divina

(2 Pietru 3:15)

1. Alla Ġeħova, kbir u setgħan,

Int tħobb is-sew w għarraftna b’dan.

Fuq l-art il-ħażen hu mifrux,

B’sogħba il-ħżiena ma jafukx.

Xi wħud isostnu li qed iddum;

Iżda daqt kontra l-ħażen int tqum.

Fik jien nittama w fiduċjuż,

Grat li int tant ġust u paċenzjuż.

2. F’ħarstek elf sena jum bħall-oħrajn,

Bħal jum li jgħaddi f’ħakka t’għajn.

Għal jumek kbir qrib huwa ż-żmien;

Se jasal żgur mingħajr dewmien.

Inti tistmerr id-dnub tal-bnedmin,

Iżda fis tifraħ b’dawk li nedmin.

B’tama ’l quddiem se navanzaw,

Lilek infaħħru w nirringrazzjaw.

(Ara wkoll Lq. 15:7; 2 Pt. 3:8, 9.)