Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għanja 38

Ixħet Toqlok fuq Ġeħova

Ixħet Toqlok fuq Ġeħova

(Salm 55)

1. Agħti widen, O Ġeħova,

Tinħebiex int minni llum.

Ismaʼ talbi u wiġibni;

Biex imbeżżaʼ qatt ma nkun.

(KOR)

Ixħet toqlok fuq Ġeħova,

Hu innifsu isostnik.

Togħtor hu ma se jħallik qatt

Għax l-għajnuna żgur jagħtik.

2. Kieku nistaʼ ntir bil-ġwienaħ,

Il bogħ’d mill-periklu ntir.

Jien protett min-nies tant ħżiena;

Tiegħi int refuġju ssir.

(KOR)

Ixħet toqlok fuq Ġeħova,

Hu innifsu isostnik.

Togħtor hu ma se jħallik qatt

Għax l-għajnuna żgur jagħtik.

3. Jien insejjaħ lil Ġeħova,

Kenn insib fih għax ħanin.

Meta hemm gwaj, sliem isawwab;

Saħħa jagħti lill-ġwejdin.

(KOR)

Ixħet toqlok fuq Ġeħova,

Hu innifsu isostnik.

Togħtor hu ma se jħallik qatt

Għax l-għajnuna żgur jagħtik.

(Ara wkoll Salm 22:5; 31:1-24.)