Għanja 39
Is-Sliem li Għandna
1. Lil Ġeħova nfaħħru lkoll,
Alla t’għaqda w sliem.
Hu kull gwerra jtemm u jġib
Paċi kullimkien.
Prinċep tas-sliem Kristu hu,
Twajjeb, kalm, ħanin.
Kif rebbieħ se joħroġ hu,
Ngawdu sliem ġenwin.
2. Kliem li jweġġa’ warrabnieh,
Tbegħedna mit-tilwim;
Lanez, sjuf, f’tagħmir tas-sliem
Dawn ġew mibdulin.
Hemm bżonn naħfru ’l ħutna biex
Fostna nżommu s-sliem.
Bħala n-nagħ’ġ tar-ragħ’j Ġesù
Nħaddnu sliem dejjiem.
3. Għax frott tal-ispirtu s-sliem,
Dan nuruh mill-qalb.
Dan hu l-għerf li ġej minn fuq,
Li niksbuh bit-talb.
B’dil-mogħdija ngħidu n-nies
B’interess, bis-sliem
Sa ma jum is-Saltna jġib
Sliem ma’ kullimkien.
(Ara wkoll Salm 46:9; Is. 2:4; Ġak. 3:17, 18.)