Għanja 45
Imxi ’l Quddiem!
1. Imxi int ’il quddiem sabiex tkun matur!
Minna Alla jixtieq abbiltà ferm taʼ valur.
Stinka biex l-ippritkar twettqu bil-fervur,
Alla barka jtik b’kull mod.
L-ippritkar jieħu seh’m fih kulħadd.
Ġesù għamel dax-xogħ’l; dan hu fatt.
Itlob ’l Alla biex jgħinek ma taqaʼ qatt,
U għat-tjieba ibqaʼ sod.
2. Bil-kuraġġ ’il quddiem imxi O xandar!
Lil kull tip taʼ nies għid li tas-Saltna hi l-aħbar.
Faħħar ’l Alla għax Jah Sultan mill-aħjar,
Wassal f’kull dar l-għerf divin.
Jekk l-għedewwa jbeżżgħuk jipprovaw,
La tibżax biss għin lin-nies jaraw
Li taʼ ferħ hi l-aħbar li Saltnatu hawn.
Fl-ippritkar żid iktar ħin.
3. Imxi int ’il quddiem dejjem b’żelu kbir!
Tejjeb kull abbiltà għax hemm ħafna xogħ’l xi jsir.
Ħalli jqanqlek l-ispirtu qaddis fl-aġir.
Sib il-ferħ li hu divin.
Ħobb lin-nies li diffiċli issib.
Ibqaʼ mur għax il-qalb tilħaq trid.
Biex progress żgur isir agħti daqqa t’id,
Niddu b’hekk flimkien henjin.
(Ara wkoll Flp. 1:27; 3:16; Ebr. 10:39.)