Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għanja 111

Isejjaħ Hu

Isejjaħ Hu

(Ġob 14:13-15)

1. Ħajti bħaċ-ċpar li jidher biss għal jum,

Imbagħ’d kollu jgħib l-għada.

X’ħajja hi din li tgħaddi bla ma ddum,

Warajna dmugħ biss jibqaʼ.

Jekk bniedem imut jistaʼ jerġaʼ jgħix?

Ara x’wegħdna il-Ħallieq:

(KOR)

Jsejjaħ hu; Dawk fl-oqbra jwieġbu.

Jirxoxtaw meta jgħid hu

Għax żgur hu se jixxennaq

Għax-xogħ’l kbir minnu magħmul.

Titħassibx u fidi uri,

Permezz t’Alla ngħixu lkoll

Flimkien f’ħajja eterna,

Bħala l-frott taʼ xogħlu wkoll.

2. Ħbieb t’Alla l-ħaj, għalkemm fil-mewt reqdin,

Ma jkun qatt li jinsihom.

Dawk maħbubin fil-ħsieb t’Alla qegħdin,

Mill-mewt hu se jqajjimhom.

Ħajja vera mbagħ’d niġu mogħtijin:

Ngħixu f’Ġenna fuq din l-art.

(KOR)

Jsejjaħ hu; Dawk fl-oqbra jwieġbu.

Jirxoxtaw meta jgħid hu

Għax żgur hu se jixxennaq

Għax-xogħ’l kbir minnu magħmul.

Titħassibx u fidi uri,

Permezz t’Alla ngħixu lkoll

Flimkien f’ħajja eterna,

Bħala l-frott taʼ xogħlu wkoll.