Għanja 71
L-Għotja tal-Ispirtu Qaddis Mingħand Alla
1. Kemm tħenn Missier Ġeħova, Sovran int,
Ikbar minn qlubna ferm midinbin.
Kull swied taʼ qalb u toqol taffilna,
B’tiegħek l-ispirtu qaddis imfarrġin.
2. Tiegħek il-glorja nonqsu li nilħqu;
Tlifna it-triq tiegħek għal xi żmien.
Alla, bil-ħrara aħna nitolbu:
Ibqaʼ mexxina bl-ispirtu f’dal-jiem.
3. Jekk għajjenin, dgħajfin, skuraġġiti,
L-forza attiva ġġeddidna lkoll.
Għinna sabiex nittajru bħall-ajkli;
Sawwab l-ispirtu qaddis fuqna wkoll.
(Ara wkoll Salm 51:11; Ġw. 14:26; Atti 9:31.)