Għanja 65
“Din Hi t-Triq”
1. Hemm triq li hi tas-sliem,
Triq li qatt ma tintemm.
Din it-triq int tgħallimt,
Triq li minn dejjem hemm.
It-triq li Kristu għallmek
Meta leħnu smajt;
Din hija t-triq tas-sliem,
F’Kelmet Ġeħova rajt.
(KOR)
Din hija t-Triq; Tal-ħajja din hi t-Triq.
La taljenax; Qrib ibqaʼ tal-Ħallieq!
Jgħid leħen Alla: ‘Din hija t-Triq;
Tħarisx warajk għax żgur Din hija t-Triq.’
2. Triq taʼ imħabba hemm,
Minnha int qatt la ddur.
Alla mexxiek fit-triq;
Jgħinek issibha żgur.
Bi mħabba w tjieba jfur,
Leali u ħanin.
Din tal-imħabba t-triq;
Żgur tisboq f’kull għemil.
(KOR)
Din hija t-Triq; Tal-ħajja din hi t-Triq.
La taljenax; Qrib ibqaʼ tal-Ħallieq!
Jgħid leħen Alla: ‘Din hija t-Triq;
Tħarisx warajk għax żgur Din hija t-Triq.’
3. Hemm triq li ħajja ttik,
M’għandu jdur minnha ħadd.
Missierna wegħ’dna dan:
Bħal dit-triq ma ssib qatt,
Triq fejn l-imħabba tfur,
Triq fejn jispikka s-sliem.
Dit-triq il-ħajja ttik.
Ħajr niżżu ’l Jah flimkien.
(KOR)
Din hija t-Triq; Tal-ħajja din hi t-Triq.
La taljenax; Qrib ibqaʼ tal-Ħallieq!
Jgħid leħen Alla: ‘Din hija t-Triq;
Tħarisx warajk għax żgur Din hija t-Triq.’
(Ara wkoll Salm 32:8; 139:24; Prov. 6:23.)