Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għanja 87

Issa Sirna Ħaġa Waħda

Issa Sirna Ħaġa Waħda

(Ġenesi 2:23, 24)

1. Minn għadmi w minn laħmi ssawwart,

Waħdi m’għadnix; Bik tant issaħħart.

Ġeħova lilek b’ferħ tani,

Imħabbti lejk kattart.

Sirna flimkien Dak li ried Hu.

Sirna t-tnejn ġisem wieħed f’dal-jum.

Ngħaqadna raġel u mara,

Familja sirna llum.

Lill-Ħallieq kuljum flimkien naqduh.

Hekk kif juri t-triq,

Imħabbti tleħħ bħaż-żerniq.

Ħa ngħixu kif wegħ’dna ’l xulxin

U jkollna żminijiet ferm henjin.

Ġieħ jalla nagħtu ’l Ġeħova.

Se nħobbok tul is-snin mill-qalb.