Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għanja 73

Ħobb mill-Qalb bil-Ħeġġa Kollha

Ħobb mill-Qalb bil-Ħeġġa Kollha

(1 Pietru 1:22)

1. Żgur mill-qalb l-imħabba trid tkun,

F’din tinbet l-għożża bla ma ddum.

Tagħna l-mogħdrija ssir għejun

Għall-għeżież ħutna lkoll.

B’kull mezz nuru mħabba f’kull ħin

Għax nagħmlu kollox bi skop bnin.

F’atti taʼ mħabba tant beżlin,

B’hekk nixbhu ’l Alla wkoll.

Nuru mħabba f’kull aġir,

Nuru ġenerożità bil-kbir,

Tmexxi lilna bla tfixkil

Ma’ kull opportunità.

L ħutna ngħinu w nirrispettaw;

U lilhom dejjem nonoraw.

Nuqqasijiethom ninjoraw.

Dejjem nuru lealtà,

Ngħassu w ngħożżu l-unità.

2. Ma nfittxux li nieħdu r-raġun

Meta mħabbitna pura tkun.

Kull wieħed fiduċjuż ħa jkun

F’ħutu li veri w sew.

Ħbiberiji nikkultivaw;

Lil xulxin aħna napprezzaw.

Fil-laqgħat saħħa nakkwistaw,

Hemm flimkien nithennew.

Ta’ spiss naqgħu fid-dnubiet;

Il-kliem bla ħsieb żgur iġib l-inkwiet.

B’hekk ilkoll fl-azzjonijiet

Nibnu ’l dawk li Alla jħobb.

Ħbieb tassew għall-eternità,

Dejjem nissaħħu f’unità.

L-imħabba tkun l-identità.

Ħajr kull wieħed ’l Alla jrodd.

Bħal Ġeħova għandu jħobb.