Għanja 51
Nibqgħu Mqabbdin ma’ Ġeħova
1. Ġeħova s-Sovran kemm jistħoqqlu devozzjoni
Għax wera kemm hu ġust fil-kliem u f’kull azzjoni.
Ta’ kliemu t-twettiq bil-fiduċja nistennew.
Ma’ Alla mqabbdin, nibqgħu qrib taʼ Jah tassew;
Jekk is-Saltna nħaddnu żgur jiem sbieħ jitgawdew.
2. B’ġustizzja u b’sewwa t-tron hu fis-sod imsawwar.
Il-post fejn hu jgħammar bil-glorja hu imdawwar.
U għas-sejħa tiegħu lejh jersqu il-ġwejdin.
Ma’ Alla Ġeħova s-Suprem żgur imqabbdin;
Il-qima b’rispett hu jistħoqqlu mill-bnedmin.
3. Il-kobor tas-sema innifsu lanqas jesgħu.
M’hemmx għadu li jistaʼ irażżnu jew ibeżżgħu.
Ilkoll fih u f’kulma hu wiegħed żgur nafdaw.
Ma’ Alla mqabbdin; Dejjem Kelmtu nappoġġaw,
U fid-devozzjoni lejh jalla nispikkaw.
(Ara wkoll Dt. 4:4; 30:20; 2 Slat. 18:6; Salm 89:14.)