Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għanja 52

Ħares lil Qalbek

Ħares lil Qalbek

(Proverbji 4:23)

1. Lil qalbek ħares; ħajtek hi.

B’hekk bogħ’d mid-dnub tkun din.

Ġeħova jgħarbel qlubna lkoll

Hu jqis intix ġenwin.

Tiddispra qalbna xi kultant

Tiżvija taf b’xi mod.

B’hekk uża l-moħħ biex tmexxi l-qalb,

Ma’ t’Alla t-triq żomm sod.

2. Biex tfittex ’l Alla ħejji ’l-qalb;

Lejh ersaq b’talb sinċier.

B’qalb grata għidlu int b’kull ħsieb,

U faħħar lill-Missier.

Dak li jgħallimna il-Ħallieq

Qatt m’għandna inwarrbuh.

Ħa nrawmu qalb leali ferm,

Biex b’hekk kuljum nogħġbuh.

3. Minn ħsieb ħażin ħarisha ’l-qalb;

Trid taħseb fuq is-sew.

U ħalli ’l Kelmtu tmiss il-qalb,

Biex b’hekk qatt ma negħjew.

Minn dan ninsabu ċerti lkoll;

Jah jgħożż ferm lill-ġwejdin.

Għalhekk aqdih b’qalb sħiħa int,

Ħabibu kun f’kull ħin.