Għanja 99
Infaħħru s-Sultan Ġdid tal-Art
1. Nies li ġejjin minn kull tribù
u ġens qegħdin jinġabru,
Bil-ħidma taʼ dawk ħutna midlukin
flimkien ma’ Kristu.
Is-Saltna t’Alla issa bdiet;
Daqt fl-art se jseħħ dak li Hu ried.
Dit-tama hi għotja mis-smewwiet.
Henjin u mfarrġin inkunu.
(KOR)
Faħħru lil Ġeħova;
Faħħru ’l Ibnu Kristu,
Bil-fidwa t’Ibnu id-dnub iħoll.
Għandna t-tama li għal dejjem naqduh
U ngħixu fuq l-art ilkoll.
2. Lill-Kristu is-Sultan nilqgħuh
ilkoll b’għajjat taʼ ferħ kbir.
Dal-Prinċep żgur se jġib ħelsien;
ir-rieda t’Alla se ssir.
Dalwaqt ferħ se nesperjenzaw:
Art ħielsa mit-theddid naraw.
B’ferħ dawk mejtin daqt se jirxoxtaw.
Kulħadd f’daż-żmien bil-ferħ se jtir!
(KOR)
Faħħru lil Ġeħova;
Faħħru ’l Ibnu Kristu,
Bil-fidwa t’Ibnu id-dnub iħoll.
Għandna t-tama li għal dejjem naqduh
U ngħixu fuq l-art ilkoll.