Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għanja 70

“Aċċertaw Ruħkom Minn Dak li Hu Iktar Importanti”

“Aċċertaw Ruħkom Minn Dak li Hu Iktar Importanti”

(Filippin 1:10)

1. Illum, id-deh’n neħtieġu żgur aħna,

Biex nagħrfu il-verità,

Biex nagħrfu x’inhu l-iktar taʼ siwi,

U wkoll kull prijorità!

It-tajjeb ħobb; Il-ħażen stmerr.

L Alla ġib ferħ;

Sib l-hena f’dan kollu w kellmu fit-talb;

Studja mill-qalb.

Ħa nibqgħu naħdmu fuq dawn kuljum.

2. U x’iktar jistaʼ jkun importanti

Mix-xogħ’l grandjuż tax-xandir,

Fejn ngħallmu n-nies isegwu t-triq t’Alla

B’hekk ġbir in-nagħ’ġ t’Alla jsir?

Hemm bżonn is-smigħ, Hemm bżonn id-deh’n.

Ħa nieħdu seh’m

F’li mħabba nuru biex b’hekk żgur jaraw

Kif se jsalvaw!

Ferm importanti dan l-ippritkar.

3. Jekk nagħmlu dak li hu importanti,

Il-fidi żżommna fiż-żgur.

Ikollna l-paċi li kull ħsieb tisboq

U t-tama tagħna se tfur.

Ċerti li nsibu mħabba w ħbieb,

B’hekk ferħ jinġieb.

Meta nitgħallmu żgur niksbu l-barkiet,

Ċari l-fehmiet,

Jekk kulma hu importanti jsir!