Għanja 53
Naħdmu Flimkien f’Unità
1. M’Alla nġbarna lkoll magħqudin.
Tant henjin bil-wegħdi mbassrin.
Għandna l-unità u is-sliem;
B’hekk niksbu l-ferħ f’kull żmien.
L-unità lkoll ngħożżu;
L-għaqda ħelwa ferm.
Inħabirku f’t’Alla ix-xogħ’l.
Jiggwidana b’Ibnu ilkoll.
Ħa naqduh, nobduh f’kull għemil,
Naħdmu flimkien fi qbil.
2. Biex ikollna l-għaqda fil-ħsieb
Noffru t-talb u nkunu lkoll ħbieb,
U l-imħabba vera tiżdied.
Tnissel ferħ fil-ħajjiet.
Paċi qed ingawdu,
U serħan il-moħħ.
Waqt li nħobbu ’l ħutna f’kull żmien,
Alla jipprovdilna is-sliem.
Bih ninsabu f’għaqda flimkien,
Naqdu ’l Jah bla waqfien.
(Ara wkoll Mik. 2:12; Sof. 3:9; 1 Kor. 1:10.)