Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għanja 25

Nuru li Aħna Dixxipli

Nuru li Aħna Dixxipli

(Ġwanni 13:34, 35)

1. Hemm liġi li għandna nobdu f’dan:

Li ngħixu ħajja taʼ Kristjan.

Dal-kmand divin u irjali hu;

Nuru mħabba bħal taʼ Ġesù.

Kristu tant ħabb lill-umanità

Li b’sagrifiċċju ħajtu ta.

Bħala dixxipli lkoll miegħu id f’id

Waqt li nsegwu l-mudell mill-qrib.

2. Vera l-imħabba li ma tbattix,

Fl-għawġ lid-dgħajfin żgur ma tħallix.

Bħad-dejn l-imħabba jeħtieġ tintradd,

Naqdu b’ferħ bla ma nieqfu qatt.

F’ebda post ieħor ma nsibu żgur

Ħbieb li mħabbithom mill-qalb tfur.

Aħna lkoll ċerti minn rabta bħal din;

Nuru mħabba żgur lejn xulxin.