Għanja 86
Aħwa Kristjani, Nisa Leali
1. Sara, Marija, Ester, Rut, w oħrajn hemm—
Nisa kapaċi w fiż-żwieġ leali wkoll.
Ħajja devota lejn Alla għexu lkoll.
Fedeltà urew; b’isimhom imniżżlin.
Hemm oħrajn għeżież tant għal Ġeħova;
Fidi soda kellhom għalkemm mhux magħrufin.
2. Qalb tajba, lealtà, kuraġġ, tjubija
Kemm mixtiqin huma dal-kwalitajiet.
Nisa mill-aqwa jfakkruk f’dal-virtujiet;
Xempji mill-aħjar li nistgħu nimitaw.
Intom aħwa nisa li ssegwuhom,
Xogħ’lkom hu prezzjuż u ferħ veru takkwistaw.
3. Kull omm, bint, oħt, miżżewġa, u kull armla,
Minn jeddkom taħdmu, kull xogħ’l tagħmluh henjin.
B’qalb sottomessa, modesti u beżlin,
Billi togħġbu ’l Alla, kunu qalbenin.
Daqt tirċievu l-premju, aħwa nisa;
Ħa jżommkom Ġeħova ferm sodi fit-twemmin.
(Ara wkoll Flp. 4:3; 1 Tim. 2:9, 10; 1 Pt. 3:4, 5.)