Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għanja 85

Premju Sħiħ Mingħand Ġeħova

Premju Sħiħ Mingħand Ġeħova

(Mattew 19:29)

1. Ġeħova leali u jagħti kas dawk

Li b’qalb sħiħa lilu jaqduh.

Hu jaf, kif miktub, sagrifiċċji hemm bżonn

Peress li b’tant żelu jħobbuh.

Jekk int tlaqt xi djar jew familja jew ħbieb,

Li Alla jaf b’dan tinsa qatt.

Ipatti bis-sħiħ issa b’ħutna l-għeżież

U b’ħajja taʼ dejjem dalwaqt.

(KOR)

Jalla jara Ġeħova, il-Farraġ;

Ħa jippremjak u jagħtik ħlas perfett.

Jalla issib taħt ġwinħajh il-kenn.

Ġeħova leali; Ġeħova hu rett.

2. Jew b’għażla jew biċ-ċirkustanzi hemm dawk

Li jibqgħu xebbiet, ġuvintur.

Waqt li jfittxu s-Saltna taʼ Alla bis-sħiħ,

Iqimu lil Alla b’fervur.

U nafu li għax jagħmlu wisa’ għal dan,

Iħossu kultant swied il-qalb.

Għalhekk, lil dawn ħutna leali ejjew

Infaħħru w niftakru fit-talb.

(KOR)

Jalla jara Ġeħova, il-Farraġ;

Ħa jippremjak u jagħtik ħlas perfett.

Jalla issib taħt ġwinħajh il-kenn.

Ġeħova leali; Ġeħova hu rett.