Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għanja 127

Post Dedikat Għal Ismek

Post Dedikat Għal Ismek

(1 Kronaki 29:16)

1. Kbir hu l-unur tagħna, Ġeħova;

Dal-post żgur għal ismek bnejnieh!

Noffruh issa b’ferħ kbir minn qalbna

Biex fama nżidulek b’tant ġieħ.

Dak kollu li qed nagħtu lilek,

Minn dejjem bi dritt tiegħek kien.

Is-sengħa, ix-xogħ’l, u l-ġid tagħna,

Noffruh lilek b’ferħ bla waqfien.

(KOR)

Lilek dal-post nippreżentaw,

Hawn ismek magħruf, O Jah.

Lilek dal-post niddedikaw;

Nitolbuk li taċċettah.

2. Missier kull unur lilek nagħtu;

Nimlew dan il-post b’tant tifħir.

U b’dawk li jitgħallmu dwar triqtek

Tiżdied żgur il-glorja bil-kbir.

Dal-post bnejnieh għall-qima tiegħek,

Fi stat tajjeb aħna nżommuh.

U jalla jkun dejjem taʼ xhieda

Biex jgħinna l-messaġġ inwassluh.

(KOR)

Lilek dal-post nippreżentaw,

Hawn ismek magħruf, O Jah.

Lilek dal-post niddedikaw;

Nitolbuk li taċċettah.