Għanja 120
Ismaʼ, Obdi, u Tkun Imbierek
1. Jekk aħna smajna ’l Ġesù, se nuruh dan?
Jiddi t-tagħlim tiegħu u juri t-triq.
Nifirħu jekk nisimgħuh u nagħrfuh dan,
Imma nitbierku jekk nobdu l-Ħallieq.
(KOR)
Jekk tismaʼ w tobdi s-Sovran
Tikseb barkiet b’mod kotran.
Jekk trid il-barka, il-ferħ, u s-serħan,
Ismaʼ u obdi s-Sovran.
2. Il-mod t’għajxien jistaʼ jkun protezzjoni
Bħal dar mibnija fuq blat tant fis-sod.
Jekk napplikaw taʼ Ġesù d-direzzjoni,
Ħajjitna mġarrfa ma tkun bl-ebda mod.
(KOR)
Jekk tismaʼ w tobdi s-Sovran
Tikseb barkiet b’mod kotran.
Jekk trid il-barka, il-ferħ, u s-serħan,
Ismaʼ u obdi s-Sovran.
3. Bħal siġra mħawla b’għeruqha fejn l-ilma,
Fl-istaġun tagħha hi tagħti il-frott,
Jekk bħala wlied Alla nobdu f’kull ħidma,
Ħajja taʼ dejjem b’barkiet sbieħ Hu jrodd.
(KOR)
Jekk tismaʼ w tobdi s-Sovran
Tikseb barkiet b’mod kotran.
Jekk trid il-barka, il-ferħ, u s-serħan,
Ismaʼ u obdi s-Sovran.
(Ara wkoll Dt. 28:2; Salm 1:3; Prov. 10:22; Mt. 7:24-27.)