Għanja 135
Nissaportu sat-Tmiem
1. B’kull wegħda t’Alla w Kelmtu wkoll
Tistabar tistaʼ int.
Tamitna żgura w soda hi
Kemm fraħt xħin dwarha tgħallimt!
Żomm dejjem f’moħħok t’Alla l-jum;
Hekk il-fidi qatt ma tmut.
La twarrab qatt l-integrità;
Bil-provi tkun irfinut.
2. L-imħabba illi kellek int
Fil-bidu la titlaqx.
Żomm sod f’kull prova tkun xi tkun;
B’kuraġġ tistabar tiqafx.
Tibżax; għad-dubji iċċedix.
Taqtax qalbek fit-tiġrib.
Ġeħova se jeħilsek żgur;
Ħa jkun Alla dejjem qrib.
3. Min jissaporti dritt sat-tmiem
Se jiġi żgur salvat.
Fil-ktieb tal-ħajja ismu jżomm;
Għemilu jkun żgur premjat.
Is-sabar mira jkun għalik;
Ħallih xogħlu jwettaq fik.
Tħoss lil Ġeħova japprovak;
Kemm sejjer dal-ħsieb jhennik!
(Ara wkoll Ebr. 6:19; Ġak. 1:4; 2 Pt. 3:12; Riv. 2:4.)